Home TiKKa Attwalita 2009 Sena li ser tibqa titfakkar
2009 Sena li ser tibqa titfakkar PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Monday, 23 November 2009 12:00

L-2009 ...

Sena li se tibqa titfakkar.

 

logo_90_sena

 

Ghall-grazzja t’Alla waslet biex tintemm is-sena 2009 u ghalina l-Qriema kienet sinjifkanti hafna, specjalment ghalina l-Gorgjani, ghax f’din is-sena iccelebrajna diversi anniversali importanti li jfakkruna f’diversi avvenimenti li graw fil-hajja Qormija tul is-sekli u li hallew marka fil-hajja ta’dan ir-rahal antik u rikk, bis-storja kbira. Hija wkoll sena li fija rajna l-oghla pozizzjoni f’pajjizna tigi fdata f’idejn wiehed Qormi bhalna – l-Eccellenza Tieghu George Abela, u li ilkoll ninsabu ferhanin ghallih.

 

l_ewwel_pre

 

l_ewwel_seg

 

l_ewwel_kax

Xtaqna qabel nalqu din is-sena insellmu il-pijunieri tal-Kumitat Festi Esterni - lill-ewwel President il-kappillan Dun Vincenz Azzopardi, lill-ewwel Segretarju l-Kanonku Dun Gwann Porsella Flores u lill-ewwel Kaxxier Dun Vincenz Borg ”Tal-Gardell’ u lil Dr. Federico Maempel, u Antonio Azzopardi, lis-statwarju Karmnu Mallia l-Lhudi, Giorgio Cassar ta’ Mastrang, Censu u Gian Marie Scicluna ta’ Randa, u hafna ohra li habbew dak kollu li hu Qormi.

l_ewwel_kax_2


Insemmu li Dun Vincenz Borg barra li hadem ghal diversi snin fil-kumitat tal-festa jibqa imffakar ghall-opra li halla,warajh tal-bini ta’ l-Oratorju Festiv Sagra Familja. Jixraq li  dan  il-qassis mhux maghruf ghall-hidma bikrija li ghamel, jigi mfakkar u onorat anke wara mewtu. Miet fqir u gidu uzah ghal haddiehor.

Nistghu nghidu mill-1926’ il-quddiem in-nar fil-festa ta’ San Gorg ha zvolta kbira ‘l- quddiem il-kumitat tal-festa permezz tal-kaxxier Dun Vincenz Borg ghamel kuntatt mal-professur Filippo Gaffarelli ta’ Catania biex jahdem in-nar ghall-festa ta’S an Gorg bil-hlas ta’ nofs lira kull jum u jkun provdut bl-ikel u bl-akkomodazzjoni .

Fl-1928, il kumitat ordna n- nar minghand Alfio Sampieri u Carlo Famoso. Ghall festa ta’ 1930, gew jahdmu n-nar Giacomo u Ignazio Potenzione ta’ Messina.

Fl-1934 gie mistieden jahdem in-nar il-Professur Savatore Grasso. L-ahhar sena li kumitat stieden lit-Taljani kien fl-1935 meta gie Ignazio Potenzione. Wara dik is-sena n-nar kollu beda jigi mahdum mid-dilettanti Qriema.

l_ort


Is-segretarju il-kanonku Dun Gwann Porsella Flores miet fl-1939. Kien halla l-kalci tieghu lill-parrocca  wara li qatta’ l-ahhar 37 sena ta’ hajtu f’Hal-Qormi. Hafna Qormin mdahhla fiz-zmien jiftakru lil Dun Gwann inniffsu jarma dan il-kalci ma’ id l-anglu tal-vara ta’ l-Ort.
Last Updated on Thursday, 14 January 2010 11:03
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday898
mod_vvisit_counterYesterday856
mod_vvisit_counterThis week4095
mod_vvisit_counterThis month12860
mod_vvisit_counterAll2509933
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -