Home Mill-Mahzen L-2010 se tkun sena ohra impenjattiva...
L-2010 se tkun sena ohra impenjattiva... PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 30 December 2009 11:01

Tibda sena

ohra impenjattiva

10_snin_logo_2

L-2010 se tkun sena ohra impenjattiva u mimlija attivitajiet kemm ghall-Kumitat Festi Esterni kif ukoll ghas-Sezzjoni Zghazagh. U dan johrog sahansitra mill-fatt li l-ewwel attivita` se ssir propju fl-ewwel jiem tas-sena - nhar is-Sibt 9 ta' Jannar. Il-vakanzi ma jezistux - il-hidma u l-impenn ma jieqafx!

 

 

 
Fid-9 ta' Jannar is-Sezzjoni Zghazagh se taghti bidu ghac-celebrazzjonijiet li jfakkru l-10 anniversarju mit-twaqqif taghha, lura f'Jannar tas-sena 2000.
 
Ghalhekk is-Sezzjoni hasbet li jkun xieraq li torganizza quddiesa fil-Knisja Arcipretali u Arcimatrici taghna. B'dan il-mod inkunu qed inhejju t-triq ghal sena twila ta' xoghol li tinkludi fiha l-preparamenti ghall-Gimgha l-Kbira u l-Ghid, il-preparamenti ghall-festa, il-hidma kbira fil-gimgha tal-festa ta' San Gorg, ix-xoghol tul is-sena kollha fuq l-armar, zewg attivitajiet fuq livell nazzjonali, it-twaqqif mill-gdid tar-Radju Lehen il-Belt Gorgjana u hafna aktar.
 
Dan minbarra l-ikliet kull xahar u t-tombla regolari li ssir mill-membri nisa, iz-zewg BBQs li jsiru f'Gunju u f'Awwissu, il-festi tal-Hlas, tal-Blat u tal-Vitorja, il-Lejla Muziko-Letterarja tal-Milied, u l-hidma biex jithejjew souvenirs, il-ktieb tal-festa u l-Kalendarju.
 
Tajjeb infakkru ukoll li fl-ewwel jiem tas-sena l-gdida l-attenzjoni kollha se tkun mixhuta fuq ir-Radju. B'mod partikolari l-istudios il-godda li se jintramaw fi Triq il-Kbira. Ghalhekk il-generozita` taghkom hi dejjem apprezzata.
 
Ejjew nibdew sena ohra flimkien bil-ghan li nkomplu naghtu tifhir lil San Gorg sabiex jisseddaq dak il-post singulari li jixraqlu u li il-Qriema ilhom li tawh sa mill-eqdem zminijiet - dak ta' Patrun tal-Belt Pinto u missier il-Qriema kollha.
Last Updated on Sunday, 10 January 2010 12:38
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday660
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3001
mod_vvisit_counterThis month11766
mod_vvisit_counterAll2508839
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -