Home Mill-Mahzen Rekord ta' Attivitajiet
Rekord ta' Attivitajiet PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Monday, 31 May 2010 07:32

Tnax-il xahar

b’rekord ta’

attivitajiet

 

Matul is-sena kollha l-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri jahdem u jistinka bi shih biex bl-inizjattivi u l-attivitajiet li jaghmel jigbor fondi b’rizq il-festa tal-Patrun tal-Qriema li tigi iccelebrata f’Gunju, filwaqt li jkompli jseddaq il-kultura taghna l-Maltin u l-identita` ta’ din il-Belt taghna.

 

L-attivitajiet huma bosta, u f’xi waqtiet matul l-ahhar sena konna qed norganizzaw record ta’ aktar minn attivita` wahda kull gimgha. Hija xi haga impresjonanti u ta min ifahharha.

 

L-aktar li jispikkaw fost l-attivitajiet kollha huma tnejn – zewg attivitajiet nazzjonali li jsiru f’April u f’Settembru. Qed nirreferi ghall-Festa tar-Rebbiegha u l-Qormi Wine Festival.

 

It-tieni edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha saret fl-10 u l-11 ta’ April li ghadda u nistghu nghidu li kienet success minn kull aspett. Din is-sena l-Festa tar-Rebbiegha kienet mifruxa fuq jumejn, u ghalhekk komplejna kabbarna mis-sena ta’ qabel.

 

DSCF4059

Ritratt - Festival tar-Rebbiegha

Fl-ewwel serata giet prezentata lejla ta’ Ghana u folklor Malti, filwaqt li fit-tieni gurnata kien hemm festa ghall-familja kollha b’diversi stands tal-ikel, hxejjex u frott, wirjiet tal-annimali, marci miz-zewg baned tal-parrocca, u anke tizjin minn Ghaqdiet tal-Armar minn irhula ohra li gabu l-bandalori taghhom biex komplew sebbhu Triq il-Kbira.

 

Izda fuq skala akbar kienet il-hames edizzjoni tal-Qormi Wine Festival li saret fl-4 u l-5 ta’ Settembru. Ghal darb’ohra dan il-festival nazzjonali gibed lejn il-Belt Pinto xejn anqas minn 10,000 ruh.

 

QWF_Fri_1_MAIN

Ritratt - Qormi Wine Festival 2009

 

F’dawn il-jiem saret il-Wirja tal-Inbid fil-Mahzen tal-Armar u anke l-kompetizzjoni tal-inbejjed minn diversi dilettanti.

 

Ta’ min jirrimarka li ghall-Qormi Wine Festival mhux biss attendew bosta persuni minn barra r-rahal izda anke hafna turisti li lkoll kellhom kliem ta’ tifhir, b’mod partikolari ghall-ikel bnin li preparaw il-helpers tal-Kumitat Festi Esterni.

 

Il-hidma matul is-Sajf ma waqfet xejn. Minbarra l-attivitajiet tas-Sezzjoni Zghazagh saru ukoll it-tlett fieri tradizzjonali ghall-festi ta’ Santa Marija tal-Blat, tal-Hlas u tal-Vitorja. Dawn huma tradizzjonijiet mill-isbah li l-Kumitat Festi Esterni hu kburi li qed izommhom hajjin.

 

Fi Frar li ghadda l-Kumitat rega’ beda jistinka biex ghat-tielet sena jibda jxandar ir-Radju Lehen il-Belt Gorgjana. Wara dan ir-Radju hemm l-energija u d-determinazzjoni taz-zghazagh tas-Sezzjoni. Ir-radju qed ixandar fuq il-frekwenza 105.6fm, u din is-sena inghata identita` gdida u aktar moderna.

 

Wiehed isemmi ukoll il-website tal-Kumitat www.festiesterniqormi.org li matul is-sena tkun kontinwament aggornata bl-ahhar ahbarijiet, informazzjoni, ritratti tal-attivitajiet u hafna aktar. Hawnhekk tajjeb nirringrazzjaw lil Neville Mangion u Pierre Apap li jikkordinaw ix-xoghol fuq din il-website.

IMAGE_089

 

Fl-ahhar xhur il-Kumitat Festi esterni hadem biex saru numru ta’ souvenirs, b’mod partikolari bnadar tal-festa ghat-tfal u ghall-gallariji, kif ukoll jigsaw puzzles mill-isbah.

 

DSCN3390

Ritratt - Jigsaw Puzzles

 

Fil-jiem tal-Ghid il-Kbir sar tizjin fi Triq il-Kbira mill-Kumitat Festi Esterni filwaqt li twasslet xandira diretta b’mod vizwali fuq l-internett permezz ta’ tlett cameras li gew installati gewwa il-Knisja u fuq in-naha ta’ barra tal-Knisja. Il-Kumitat rega’ hareg id-DVD tal-Gimgha l-Kbira.

 

Il-hidma kienet wahda ma taqta xejn. Il-Kumitat ha sehem f’Notte Bianca 2009, fl-attivita EPOKA f’Hal Tarxien, attivita` ohra Hal Lija, f’attivitajiet tal-Milied fin-Naxxar kif ukoll f’Rahal Gdid.

 

tarxien_008

Ritratt - EPOKA gewwa Hal Tarxien

Kull xahar gew organizzati ikliet fil-mahzen tal-armar kif ukoll tombla.

 

Fl-ahharnett ta’ min isemmi li l-Kumitat Festi Esterni zejjen l-inhawi ta’ fejn il-Pjazza tal-Vitorja ghall-migja tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI fil-parrocca taghna. Kien mument mill-isbah meta rajna ghajnejn il-Papa jieqfu imsammra fuq l-istatwa ta’ San Gorg Rebbieh li nharget apposta ghall-okkazzjoni – Grazzi Missier!

 

Nixtieq intemm dawn l-ewwel kelmtejn tieghi fil-kariga l-gdida ta’ PRO billi nawgura l-festa t-tajba lill-Qriema kollha f’dawn il-jiem mill-isbah tax-xahar ta’ Gunju li jaqghduna flimkien bhala familja wahda. Grazzi lil kulhadd tal-ghajnuna li taghtu lill-Kumitat tul is-sena kollha – naprezzaw hafna

 

Robert CREMONA – PRO Kumitat Festi Esterni

 

Last Updated on Thursday, 03 June 2010 06:32
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday258
mod_vvisit_counterYesterday521
mod_vvisit_counterThis week779
mod_vvisit_counterThis month11301
mod_vvisit_counterAll2547893
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -