Home Attivitajiet Lejla Muziko-Letterarja
Lejla Muziko-Letterarja PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Sunday, 21 November 2010 10:13

Lejla Muziko-Letterarja

 

Marie_Therese_Vassallo

 

Jinsabu fl-aqwa taghhom il-preparamenti ghal-Lejla Muziko-Letterarja li se ssir nhar il-Gimgha 10 ta' Dicembru fil-Knisja ta' San Gorg Martri b'risq il-Malta Community Chest Fund. Serata organizzata mis-Sezzjoni Zghazagh tal-Kumitat Festi Esterni, u li ghaliha gie mistieden il-kor Marie Therese Vassallo Voice Studio. Dan il-kor ilu mwaqqaf mill-1987, meta Ms.Vassallo kienet qed tigi mitluba minn hafna kantanti biex tghinhom jeghlbu l-problemi li kellhom fil-vuci. Il-membri tal-istudio huma ta' kull età u jkantaw kull tip ta' muzika. Dawn jinaghqdu mal-grupp wara li jghaddu minn "audition", fejn jigi meqjus il-potenzjal vokali u l-muzikalità taghhom. Xi kultant Ms.Vassallo taccetta wkoll tfal li juru li ser ikollhom vuci sabiha u li juru abbiltà muzikali.

Marie Therese Vassallo taghllimhom ikantaw individwalment u tghinhom jizviluppaw it-talenti taghhom, minghajr ma tipprova tipproduci vucijiet kollha ta' l-istess timbru. Jitghallmu t-Teknika tal-Vuci, Tejorija tal-Muzika, jaqraw il-muzika u jibnu repertorju fl-lingwi differenti, kemm bhala solisti, kif ukoll bhala grupp.

 

Dan il-kor, huwa maghruf sew u mqabbad hafna f'okkazjonijiet differenti u jiehu sehem f'kuncerti, kemm wahdu kif ukoll ma' orkestri u Baned ewlenin f'Malta u Ghawdex. Huwa jiehu sehem regolarment f'Kuncerti tal-Malta Cultural Institute, fil-Knejjes, fil-Festi Titulari, f'Teatri ewlwnin, fl-Ambaxxati u Istituti Kulturali ta' pajjiz i differenti (fosthom ta' Franza u tar-Russja), fuq stazzjonijiet tat-Televizjoni differenti u f'okkazjonijiet nazzjonali. Wiehed mill-Kuncerti ewlwnin taghhom kien meta kantaw mal-Band tal-Forzi Armati ghall-Festa Nazzjonali tat-8 Ta' Settembru 1999 u rrekordjaw il-muzika kollha u kantaw ghal Jum il-Helsien fit-13 ta' Dicembru 1999.

 

Ghal hafna snin l-Voice Studio kien il-Kor residenti tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir f’ tas-Sliema, fejn kien jaghmel il-funzjonijiet kollha tal-Festa titolari u anki l-funzjonijiet tal-Milied, l-Gimgha Mqaddsa w l-Ghid il-Kbir.

 

Fis-Sena 2006, Marie Therese Vassallo giet mitluba biex issir “Maestro Di Cappella” tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu tal-Balluta. Hie hadet f’idejha l-kor Parrokkjali tal-Balluta li h a l-isem gdid ta’ Kor Fjur tal-Karmelu, Balluta, u dan jinaghqad mal-Voice Studio u flimkien taht id-dirzzjoni ta’ Marie Therese Vassallo, jtellghu Kun certi regolarment u jipprovdu l-muzika matul is-sena kollha fil-Knisja Parrokkjali. Dan jinkludi l-muzika kollha tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, tal-Balluta,li tittella’ b’mod grandjuz kull sena. Izda, minbarra muzika sagra, l-Kor ghandu repertorju internazzjonali u kiseb successi kbar b’serati shah ta’ muzika Russa, Taljana/ Naplitana ,Franciza, Ingliz a u Maltija.

 

Illum il-Marie Therese Vassallo Voice Studio ghandu hafna recordings importanti fuq Compact Disc; fost dawn hemm

xoghlijiet ta’ kompoz ituri maltin bhal Carmelo Caruana, Michael Borg, Frank Vassallo u Raymond Zammit.

 

F’Mejju 2010, il-Kor tal-Voice Studio qattgha gimgha f’ Sables d’Olonne, Franza, fejn hu gie mistieden biex jaghti xi kuncerti fl-okkazjoni tat-30 Anniversarju tal-gemellagg tal-belt ta’ sbles mal-belt ta’ Schwabach fil-Germanja. Hemmhekk il-Kor ghamel successi kbar u rega’ gie mistieden biex jitla’ ghal okkazjoni ohra.

 

Ghal Lulju 2011, il-Marie Therese Vassallo Voice Studio gie mistieden biex jitla’ jkanta f’Wales, u qed jipprepara bis-shih ghal dan l-impenn.

 

 

Last Updated on Monday, 13 December 2010 22:07
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday258
mod_vvisit_counterYesterday521
mod_vvisit_counterThis week779
mod_vvisit_counterThis month11301
mod_vvisit_counterAll2547893
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -