Home TiKKa Attwalita Restawr fil-Kon-Katidral
Restawr fil-Kon-Katidral PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 04 March 2011 13:47

Restawr

Jitlesta restawr fil-Kon-Katidral

 

mattia-preti-st-george-chapel-of-the-langue-of-aragon-valletta-ma_lta

 

Ir-restawr fuq il-Kappella ta' Aragona, Katulunja u Navarre fil-Kon-Kattidral ta' San Gwann fil-Belt issa tlesta, bil-kappella terga' tinfetah biex isservi bhala wahda mill-attrazzjonijiet unici ta' dan il-wirt storiku u patrimonju dinjiji. F'din il-kappella wiehed isib il-pittura imponenti ta' San Gorg Martri, xoghol il-pittur celebri Mattia Preti. Ta' min isemmi li San Gorg huwa wiehed mill-ftit qaddisin li wiehed isib meqjuma f'dan il-Kon-Katidral. Il-pittura hija t-titular ta' din il-kappella, u ghalhekk fl-imghoddi f'dan il-post kienet issir il-festa kull meta jasal it-23 t'April.

 

 

Ir-restawr tal-kappella ta' Aragona kien wiehed estensiv u inkluda mhux biss xoghlijiet fuq l-iskultura izda wkoll fuq pitturi storici li hemm fil-kappella. Restawr partikolari sar fil-koppla tal-kappella kif ukoll fuq il-monumenti tal-irham li hemm fiha, u li juru lill-Gran Mastri Cotoner u de Redin.

 

Zewg pitturi ta' Mattia Preti li juru lil San Frangisk u lil San Lawrenz kienu wkoll restwrati wara li kienu garrbu hsarat kbar tul iz-zmien. Dawn il-pitturi storici jmorru lura ghall-1658 u r-restawr li sar inkluda t-tindif professjonali tal-pitturi biex issa dawn gew fl-istat originali taghhom.

 

 

Last Updated on Monday, 14 March 2011 15:44
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday892
mod_vvisit_counterYesterday856
mod_vvisit_counterThis week4089
mod_vvisit_counterThis month12854
mod_vvisit_counterAll2509927
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -