Home Attivitajiet Memorji sbieh ta' festa grandjuza
Memorji sbieh ta' festa grandjuza PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Thursday, 30 June 2011 12:50

Memorji sbieh ta'

festa grandjuza

DSCF8885

Ghalkemm ghaddew biss ftit jiem mill-festa ta' San Gorg f'Hal Qormi, f'mohh kulhadd ghadhom friski l-memorji mill-isbah tal-festa ta' din is-sena - ic-celebrazzjonijiet fil-Knisja, il-purcissjoni tal-Hadd, il-harqa ta' lejliet il-festa, il-marci brijuzi, l-armar mill-isbah fit-toroq Qriema u fuq kollox il-follol li attendew ghal dawn il-festegjamenti tul il-gimgha kollha. Wiehed jista' jirrimarka bla tlaqliq li rari tara festa kompluta bhal din, minn kull aspett. U ghalhekk il-festa ta' San Gorg ilha s-snin maghrufa sew mad-dilettanti.


DSCF8262

Ta' min wiehed ifahhar il-pass kbir 'il quddiem li sar mill-Ghaqda tan-Nar 23 t'April li din is-sena qed tfakkar il-25 anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Kumpless il-gdid tan-nar. Il-piroteknici Gorgjani offrew xalata ta' murtali, blalen, beraq bil-loghob, sfejjer u baraxxijiet - gimgha shiha ta' loghob tan-nar ma jaqta' xejn! Bil-qofol jintlahaq is-Sibt u l-Hadd fejn wara diversi snin rajna l-introduzzjoni ta' elementi godda, fosthom il-murtali tal-kulur b'erba' fethiet.

DSCF8513
Kull min ghandu xi ritratti li jistghu jigu pubblikati f'dan is-sit jista' jibghat email fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it . Tistghu taghmlu ukoll kuntatt mal-membri tal-Kumitat Festi Esterni fil-mahzen tal-armar li jinsab fi Triq il-Blata, biswit il-Knisja Arcimatrici.

DSCF8575

 

DSCF8832

Last Updated on Saturday, 02 July 2011 10:29
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday258
mod_vvisit_counterYesterday521
mod_vvisit_counterThis week779
mod_vvisit_counterThis month11301
mod_vvisit_counterAll2547893
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -