Home Mill-Mahzen Hidma Ghas-sena 2011/12
Hidma Ghas-sena 2011/12 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 31 July 2011 08:52

Programm ta' Hidma

Sena 2011/12

LOGO_KUM_1

Waqt l-ewwel seduta ta' wara l-festa ta' San Gorg, li saret f'Lulju, il-membri tal-Kumitat Festi Esterni fasslu l-programm ta' hidma ghat-12-il xahar li gejjin - programm li jinkludi kemm xoghol gdid kif ukoll it-tkomplija ta' progetti li inbdew fl-ahhar snin u li qed ikomplu jsebbhu l-festa Gorgjana.

 

Din is-sena l-Kumitat se jkun qed jahdem biex jitkomplew il-bandalori tat-triq tal-Knisja, il-pitturi ta' Triq il-Kbira, il-pavaljuni ta' Triq il-Vitorja kif ukoll jitlesta x-xoghol fuq il-gastri ta' Pjazza San Frangisk. Xoghol iehor jinkludi pedestalli godda, u statwa ohra ta' Aaron Camilleri Cauchi li ghandha tkompli zzejjen il-qalba tal-parrocca Gorgjana.

 


Filwaqt li jkun ghaddej dan ix-xoghol kollu, il-Kumitat u s-Sezzjoni Zghazagh se jibqghu jahdmu biex ifasslu z-zewg avvenimenti kbar li jsiru kull sena fil-Belt Pinto - il-Qormi Wine Festival u l-Festa tar-Rebbiegha. Dawn issa dahlu sew fil-kalendarju kulturali ta' pajjizna u kull sena jigbdu eluf lejn it-toroq ta' Hal Qormi.

 


Anke s-Sezzjoni Zghazagh ghandha numru ta' progetti importanti li qed tahdem fuqhom.


Fil-granet li gejjin se jinghataw aktar dettalji filwaqt li nheggu lil kulhadd biex izur regolarment dan is-sit eletroniku li huwa l-lehen tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri fuq l-internet.


Il-Kumitat Festi Esterni jheggeg ukoll liz-zghazagh li jridu jghinu fil-hidma li ssir matul is-sena fil-mahzen ta' Triq il-Blata u l-mahzen ta' fejn il-Vitorja biex izuru dawn l-imhazen u juru bl-interess taghhom biex jaghtu daqqa t'id b'risq il-festa ta' San Gorg.

 

Last Updated on Wednesday, 17 August 2011 09:09
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday661
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3002
mod_vvisit_counterThis month11767
mod_vvisit_counterAll2508840
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -