Home Attivitajiet Festa Promo 2012
Festa Promo 2012 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Wednesday, 13 June 2012 10:00

Festa San Gorg Martri

2012

392382_357271677673702_483412050_n

Gunju. Fix-xahar ta’ Gunju jibda l-istagun tas-sajf, jisbah kmieni u jidlam tard, ix-xahar tal-bahar u tal-villeggaturi, ix-xahar tal-vaganzi u tal-festi li tant ahna il-Maltin ahna imsemmijin ghalihom. Madanakollu, Gunju huwa ix-xahar tant ghaziz ghalina il-Qriema u dan ghaliex fih niccelebraw il-festa tal-Padrun mahbub taghna San Gorg. Kull qalb Qormija tibda thabbat hekk kif jaslu dawn il-granet.

 

Ghaldaqstant, il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri (A.D 1919) flimkien mas-Sezzjoni Zghazagh qedin jistiednu lilkom sabiex tattendu ghall-festa li ser tigi iccelebrata fil-Parrocca Arcimatrici ddedikata lil Kbir Martri ta’ Kristu; San Gorg MegaloMartri.

Il-Festa f’gieh il-Padrun tal-Belt Pinto ser tibda t-Tnejn 18 ta’ Gunju, il-gurnata fejn tinghata merhba mill-Qriema Gorgjani lil San Gorg, u meta f’Hal-Qormi tidher cara kemm id-devozzjoni lejn dan il-qaddis hija kbira ghall-mod partikolari ta’ kif jigi organizzat dan il-hrug uniku fil-gzejjer Maltin. Ferh li jibqa’ sejjer il-gimgha kollha, u jilhaq il-qofol tieghu bil-purcissjoni f’nhar il-festa, l-Hadd 24 ta’ Gunju 2012. Dakinhar naraw il-Gorgjani f’capcip kontinwu, taqbiliet u kant tal-innijiet; fosthom din –

“San Gorg Martri l-Padrun taghna

il-Qriema kollha iqimuk

Kulhadd jghajjat b’vuci wahda

Ahna il-Gorgjani inhobbuk!”

 

Ir-reffiegha ixxurtjati, izda li tant ikunu ilhom jistennew din il-gurnata, imbghad idawwru l-istatwa processjonali mat-toroq ta’ Hal-Qormi fejn il-Qriema jkunu zejjnu djarhom jew xi tieqa b’xi vara zghira ta’ San Gorg.

 

Illum hadd ma jista’ jichad isem San Gorg. Il-kult imur lura ghexiren tas-snin u jinsab mifrux f’religjonijiet differenti madwar id-dinja. Din is-sena kienet sena ghaziza ghalina ghaliex fakkarna b’mod nazzjonali is-sebghin anniversarju minn meta d-dehra ta’ San Gorg Rebbieh fegget fuq il-bandiera Maltija, sfond ta’ xhieda tal-qlubija tal-poplu Malti fiz-zmien il-gwerra.

 

San Gorg, is-suldat qalbieni u il-Princep tal-Martri, rebbieh fuq il-hazen, huwa ta’ xhieda ghalina ikoll biex bhalu neghlbu dak kollu li jfixkilna. Il-Qriema Gorgjani sa mill-eqdem zminijiet hatru lil Gorgi bhala il-Padrun u Missier artna w ddedikaw tempju maestuz, tempju li hu meqjum u mizmum b’ghozza kbira; xhieda tal-imhabba lejh.

387961_284560744934853_836281410_n

Sa minn granet qabel, fil-Knisja Arcimatrici taghna jsir it-tfarfir u jiddendel id-damask, tinhareg il-fidda, jintramaw il-linef u it-tnax-il artal u hafna aktar armar prezzjuz li missirijietna hallewlna b’tant ghozza. Jintramaw ukoll il-pitturi tal-lunetti, xoghol li sar ricenti u li kompla sebbah dan it-tempju. Bhalissa l-Knisja ghaddejja titlob il-fondi minghand il-Parrucani biex id-damask jinbidel u jsir gdid u ta’ kwalita’ ifjen. Fuq kollox, tintrama ukoll l-istatwa meastuza tal-Patrun taghna bil-palma, sandli u dijadema tad-deheb.

 

Id-delettanti tal-armar fl-aqwa taghhom jibdew jarmaw l-antarjoli u pedestalli fit-toroq, u aktar ma toqrob il-festa dawn aktar jizdiedu, fosthom il-famuz park principali, it-trofej, l-angli indurati, l-istatwi storici, il-bandalori u l-pavaljuni b’dizinnji mill-aqwa u kull preparament iehor mehtieg ghall-festa. Din is-sena ukoll se jintrema armar gdid li jikkumplimenta mal-armar li ilu snin twal jintrama fil-festa taghna, li ukoll jigi rrestawrat kollhu b’xoghol volontarju u turija ta’ imhabba lejn il-Patrun.

270112_1710974428207_2651270_n

L-Ghaqda tan-Nar 23 t’April tkun fl-ahhar thejjijiet ghall-programm tan-nar tal-ajru u tal-art biex joffru spettaklu mill-isbah u ahjar sena wara l-ohra.

398853_479253935422683_803809383_n

L-ghaqdiet muzikali ukoll ikunu bl-ahhar thejijiet taghhom biex ikollhom baned mil-aqwa u jkunu certi li joholqu atmosfera ta’ brijju fil-marci rispettivi taghhom.

 

Il-gimgha tal-festa tkun mimlija daqs bajda u huwa impossibli li insemmu kollox u dan ghaliex il-festa ta’ San Gorg fiha tant storja li ilha u li ghadha ghaddejja u li ta’ min wiehed jghozz u jorbot ma’ qalbu.

 

Nibdew mit-Tnejn, il-hrug ta’ San Gorg minn nicca. Mall-hoss tal-murtali tat-tmienja l-qlub qormin jitheggu w jsiru bla sabar sa ma jasal filghaxija. Fuq fomm kulhadd jitlissen il-kliem “Waslet il-festa taghna, l-festa ta’ San Gorg!” Dak li jkun bi hgaru jlebbet sabiex igawdi din il-gimgha tant mistennija. Filghaxija wara il-funzjoni isir il-hrug tal-vara minn nicca fost il-ferh tan-nies hekk kif tassew issa tkun bdiet il-festa ghalina il-Gorgjani. Isewgi wara marc mill-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri.

Cover_Photo

Fost il-gimgha imbaghad, fil-Knisja Arcimatrici jsiru it-Tridijiet u kuljum filghaxija jkun hemm marc mad-daqq tal-baned Gorgjani, dawk mill-Banda San Gorg Martri u mill-Ghaqda Socjo-Muzikali Anici.

 

F’aktar dettal, fit-tieni gurnata tal-festa, it-Tlieta, il-knisja tistieden lil dawk morda u anzjani ghall-quddies solenni tal-festa u ezatt wara iz-zghazagh tal-ghaqdiet tal-parocca jistiednu ukoll lil zghazagh ohra biex jiehdu sehem fil-quddies tal-festa b’mod partikolari indirizzat lilhom bit-tema “Inhobbuk...imma nafuk?’. Din tibda fis-6:45pm. Isegwi wara marc brijjuz mill-Ghaqda Socjo Muzikali Anici.

 

Din l-istess banda idoqq ukoll fid-dimostrazzjoni tal-istatwa ta’ San Gorg Rebbieh li tittghella fil-Pjazza tal-Vitorja nhar l-Erbgha tal-festa.

 

It-tridjiet dis-sena se jsiru minn Dun Stephen Attard. Il-Hamis isir it-tieni tridu biex imbaghad wara jsir marc mil-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri bid-dimostrazzjoni tal-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel.

 

Il-Gimgha, l-ahhar tridu, wara l-funzjoni jsir programm muzikali u strumentali mill-Ghaqda Socjo Muzikali Anici il jsegwi wara marc qasir u hruq tan-nar tal-art.

 

Is-sibt filghodu jsir it Te Deum imbghad filghxija it-translazzjoni bir-relikwa ta’ San Gorg Martri. Wara, jkun hemm programm muzikali u strumentali mill-Ghaqda Muzikali San GorgMartri. Is-Sibt ukoll ikun hemm il-harqa tradizzjonali tal-Ghaqda tan-nar 23 t’April b’murtali ta’ ilwien, baraxxijiet, beraq, blalen, sfejjer u l-famuza kaxxa infernali, li kienet l-ewwel wahda ta’ xorti fil-gzejjer Maltin. Jsegwi wara hruq tan-nar tal-art gewwa il-wied.

 

Ma jistax jonqos li insemmu il-funzjoni solenni w l-panigirku ta’ jum San Gorg fejn mijiet ta’ nies jattendu u jiehdu sehem fis-sagramenti imqaddsa. Jinaqghdu maghna ukoll nies minn irhula ohra biex jiccelebraw maghna din il-festa hekk kbira. Festa li mhux biss tpaxxi l-ghajnejn ta’ dawk kollha li jattendu izda timla’ l-qlub b’emozzjonijiet specjali, b’mod partikolari ta’ dawk id-dilettanti li jimtlew b’hegga u matul is-sena kollha jahdmu bla waqfien biex din il-gimgha tal-festa tkun wahda li ma tintesa’ qatt.

 

Il-Hadd filghodu iz-zewg baned Gorgjani, il-Banda San Gorg Martri u l-Ghaqda Socjo-Muzikali Anici li jdoqqu fil-marc tradizzjonali ta’ filghodu, fejn in-nies tatendi bi hgara u tiehu sehem bil-brijju. Jum il-Hadd jilhaq il-qofol tieghu bil-purcissjoni madwar it-toroq Qriema fejn kull Qormi johrog jaghti qima u jsellem lil Padrun. Kull par ghajnejn jissamru fuq l-istatwa majestuza ta’ San Gorg u f’qalbhom u minn fommhom jnisslnu il-kliem, “Kemm int sabih Gorgi taghna!” L-ahhar ftit sighat jitgawdew bl-ahjar mod, insellmu lil San Gorg bl-aktar mod dinjituz u tibda tilmah l-emozzjonijiet fuq wicc dawk kollha li jkun hemm. Entuzjazmu, qniepen, banda, capcip u tifhir hekk kif il-vara tidhol fil-Knisja u titkanata l-antifona u taghlaq il-festa il-Barka Sagramentali b’ringrazzjament lil Alla talli kollox jkun mar sew.

456186_10150838486025989_1788364495_o

It-thejjija ghal din il-festa ma issirx biss b’mod materjali, fil-marci, fit-tizjin u fil-preparamenti biex ikollna l-aqwa festa izda ukoll ghandna inzejjnu qlubna b’imhabba kbira ghal San Gorg biex nixbhu f’ghemilna. U ghalhekk bix-xieraq li kull wiehed minna jghid lilek San Gorg,

“Mhux ghax ibnek infahhrek jien,

Gmielek imsemmi mad-dinja kollha u

Maghruf ismek kullimkien!”

 

Fl-ahharnett, ahna kburin b’dan il-kult Gorgjan u bil-festa taghna li kienet u ghadha tigbed eluf ta’ nies, u ilkoll flimkien nitolbu lil San Gorg sabiex jzomm idejh fuqna l-Qriema Gorgjani biex kollox jmur sew u ikollna festa mill-isbah kif jixraq lil Padrun ta’ Beltna. Intennu minn qalbna -

“Harisna Gorgi taghna,

Int taf kemm Inhobbuk,

Viva San Gorg!”

 

 

Last Updated on Monday, 18 June 2012 21:54
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday258
mod_vvisit_counterYesterday521
mod_vvisit_counterThis week779
mod_vvisit_counterThis month11301
mod_vvisit_counterAll2547892
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -