Home Mill-Mahzen Gita Ragusa
Gita Ragusa PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Wednesday, 13 June 2012 10:11

Gita Ragusa

Festa San Gorg 2012

 

DSCF0846

 

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-Kumitat Festi Esterni San Gorg M.M organizza gita ghal Sqallija ghall-festa ta’ San Gorg gewwa Ragusa. Din il-gita saret bejn it-2 ta’ Gunju u l-4 ta’ Gunju, fejn matul dawn it-tlett ijiem numru sabieh ta’ Qriema flimkien ma’ zewg membri tal-kumitat attendew ghal din il-festa ferm sabiha li ssir ghad-unur il-padrun taghna San Gorg.


Il-programm kien mimli daqs bajda. Il-grupp wasal gewwa Ragusa is-Sibt ghall-habta tas-7 ta’ filghodu u allogga gewwa lukanda b’erba’ stilel. Matul din l-ewwel gurnata il-grupp kellu cans ghal ftit hin liberu. Filghaxija imbghasd parti mill-grupp, flimkien maz-zewg membri tal-kumitat marru igawdu il-festa, li kienet karatterizzata minn purcisjoni bl-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel.

 

DSCF0860

 

Il-membri tal-Kumitat taghna kien milqghua sew minn membri tal-kumitat li jorgannizaw il-festa gewwa Ragusa.Il-Hadd kienet gurnata inpenjattiva ghall-membri li attendew ghal din il-gita. Filghodu il-grupp, flimkien ma’ Michael Cilia u Stephen Cauchi, z-zewg raprezentanti tal-Kumitat, attendew ghall-quddiesa solenni gewwa il-Katidral ta’ San Gorg. Fi tmiem ta’ din il-quddies ir-rapprezentanti tal-Kumitat Festi Esterni ircivew tlett rigali sbieh; statwa ta’ San Gorg ta’ Modeca, statwa ta’ San Gorg ta’ Ragusa u Pittura ta’ San Gorg fuq it-tila. Il-Kumitat apprezza dan il-gest ferm sabih u dawn it0tifkiriet ser jibqghu ma’ qalbna. Wara il-quddies il-grupp attenda ghall-marc tradizzjonali f’din il-lokalita li jdur it-toroq ta’ Ragusa.

 

DSCF0886

 

Wara l-ikla ta’ nofsinhar u ftit mistireh xieraq, il-grupp kompla bl-impenji tieghu billi attenda ghall-purcissjoni solenni bl-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel. Hawnhekk il-membri tal-kumitat kellhom l-opportunità li jigu intervistati fuq l-istazzjon televiziv MSat. Ghall-habta tat-8 ta’ filghaxija harget il-purcissjoni minn gewwa il-Katidral. Din il-purcissjoni kienet karatterizzata bir-relikwa ta’ San Gorg. Wara il-hrug tal-purcissjoni ghal darbohra membri tal-kumitat kienu intervistati minn stazzjon iehor televiziv, TeleBleia. Hawnhekk niehu l-oportunita sabiex f’isem il-Kumitat Festi Esterni San Gorg f’Malta nirringrazzja lil Anthony Camilleri li mexxa dawn l-intervisti f’isem ir-raprezentanti tal-kumitat. Wara l-intervista il-membri tal-kumitat flimkien ma’ Anthony Camilleri u il-grupp kollha attendew ghalnriceviment li sar mil-kumitat tal-festa ta’ Ragusa. Il-festi tal-Hadd ghalqu bid-dhul tal-istatwa ta’ San Gorg, izda ftit qabel minn fuq iz-zuntier tal-Katidral sar spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-muzika.

 

It-tnejn 4 ta’ Gunju, il-grupp qam ghall-ahhar gurnata tieghu f’Ragusa. Wara il-kolazzjon il-grupp attenda ghall-btala qasira ta’ agriturizmu. Din kienet tikkonsisti minn zjara f’zewg fabbriki agrikoli, wahda tal-inbid u ohra tal-gobon, fejn intwera bir-reqqa kif jigu processati dawn iz-zewg prodotti lokali. Din l-eskurzjoni ghalqet b’ikla tradizzjonali fosthom platti tipikament sqallin.

 

Din il-gita kienet esperjenza memorabli ghal dawk kollha li attendew, kif ukoll esperjenza ghalina bhala Kumitat ghaliex sahhahna ir-relazzjonijiet mal-membri tal-Kumitat tal-Festa ta’ Ragusa. Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li attendew ghal din il-gita, nixtieq ghal darbohra f’isem il-Kumitat Festi Esterni San Gorg M.M ta’ Hal Qormi, nirringrazzja lil Anthony Camilleri tal-ghajnuna bzonnjuza tieghu.

 

 

Last Updated on Monday, 18 June 2012 18:17
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday393
mod_vvisit_counterYesterday372
mod_vvisit_counterThis week2971
mod_vvisit_counterThis month15391
mod_vvisit_counterAll2476309
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -