Home Attivitajiet Tibda il-Festa - It-Tnejn Hrug min-Nicca
Tibda il-Festa - It-Tnejn Hrug min-Nicca PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 16 June 2012 19:14

Tibda l-Festa

It-Tnejn Hrug min-Nicca

festa001

Il-gimgha tal-festa tinsab wara l-bieb, il-preparazzjonijiet jinsabu fl-ahhar u ghalhekk kollox huwa lest biex naghtu bidu ghal-gimgha mill-isbah. It-Tnejn jinghata bidu ghal gimgha shiha ta’ celebrazzjonijiet fil-Parrocca Gorgjana, celebrazzjonijiet f’gieh il-Padrun ta’ belt Pinto San Gorg MegaloMartri. It-Tnejn huwa l-jum iddedikat biex napprezzaw ix-xoghol ta’ xulxin u il-jum ghall-familji. Mat-tokki tat-tminja ta’ filghodu u ta’ nofsinhar jkun hemm il-hruq tal-murtaletti.

Fl-4:30pm u fis-6:30pm jkun hemm quddiesa fil-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg, b’din tal-ahhar jinghad talb specjali ghall-familji kollha. Il-quddiesa, mtella’ mill-Kummisjoni Familja ser tigi mqaddsa minn Dun Karm Mercieca u l-mistednin specjali mistennija jkun dawk kollha li kellhom tarbija din is-sena. Biex b’hekk wara l-omelija issir il-prezentazzjoni tat-trabi lil Alla taht il-patrocinju ta’ San Gorg. Imbghada wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella f’gieh il-Padrun taghna San Gorg.

_dsc01119

Fit-8:00pm isehh il-hrug ta’ San Gorg minn nicca fost il-ferh tan-nies hekk kif issa tassew tkun bdiet il-festa ghalina il-Gorgjani. Wara jsewgi marc mill-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u jsir hruq tas-salut, kaxxa spanjola, murtalletti u murtali bil-loghob biex imbghad fid-9:30pm jkompli il-programm tan-nar bil-hruq ta’ beraq, sfejjer, blalen, murtali u kaxxa tal-kulur. Sadanittant, il-banda taghmel marc li jghaddi mit-toroq ewlenin ta’ Hal-Qormi li jispicca biswit Pjazza San Frangisk, quddiem il-Kazin tal-Banda tal-Ghaqda Muzikali San Gorg M.M.

0001

Kulhadd ikun herqan biex jasal it-Tnejn, il-hrug min-nicca ghaliex dan jirrapprezenta l-bidu tal-festa, il-festa ta’ Gorgi taghna. Ejjew flimkien ninghaqdu u niccelebraw bi kbir din il-gimgha!

Last Updated on Monday, 18 June 2012 18:16
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday112
mod_vvisit_counterYesterday601
mod_vvisit_counterThis week3965
mod_vvisit_counterThis month13973
mod_vvisit_counterAll2550565
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -