Home Attivitajiet Jaghlqu it-Tridijiet fl-ArciMatrici
Jaghlqu it-Tridijiet fl-ArciMatrici PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 23 June 2012 09:05

Jaghlqu it-Tridijiet

fl-ArciMatrici

San_Gorg_2012

Il-Gimgha kien proprju it-tielet jum tat-Tridu, u b’dan kollu qeghdin dejjem noqorbu ghall-ahhar gurnata tal-festa; il-jum tal-Hadd – Jum San Gorg minbarra il-gurnata tas-Sibt li hija lejliet din il-festa grandjuza gewwa Hal-Qormi. Bhas-soltu il-programm tan-nar beda mat-tokki tat-tmienja u kompla f’nofsinhar bi hruq ta’ murtaletti. Biex imbaghad fl-10:00 ta’ bil-lejl kien hemm il-hruq ta’ beraq, blalen, sfejjer, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

F’nofsillejl fit-triq tal-Vittorja kien hemm il-hruq tan-nar tal-art.

DSCF2678

Mil-lat l-iehor, il-funzjonijiet religjuzi komplew u fis-6.00pm fil-Knisja ArciMatrici sar kollox bhall-jiem ta’ qabel – quddiesa bl-Ghasir iccelebrata minn Dun Pawl Genovese, Priedka tat-Tridu, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. It-Tridu ta' illum jishaq sabiex nitolbu lil San Gorg biex jghinna inkissru il-mibgheda li tezisti fdin id-dinja. Minn naha l-ohra bhala Qriema ghandna nitpaxxew bl-isbah opri tal-arti u nifirhu mhux biss f'din il-gimgha tal-festa izda is-sena kollha u flimkien nghajjtu "VIVA SAN GORG!"

DSCF2682

Ezatt wara il-funzjoni beda l-marc mill-Banda San Gorg Martri minn Pjazza Frederick Maempel u spicca fl-inhawi tal-Vittorja. Sadanitant, fit 8:15pm beda l-programm Muzikali fuq il-plancier quddiem il-Kazin Banda Anici. Wara l-marc mill-istess banda dar l-inhawi tal-Vitorja u spicca quddiem is-sede tal-Kazin Banda Anici b’sorpriza mill-isbah.

DSCF2686

Jum il-gimgha jwassalna aktar qrib lejn tmiem din il-gimgha ta’ festa mill-aqwa izda minn naha l-ohra dan il-jum iwassalna vicin il-Jum tal-Hadd fejn flimkien niccelbraw Jum San Gorg.

DSCF2677

Last Updated on Sunday, 24 June 2012 01:55
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday258
mod_vvisit_counterYesterday521
mod_vvisit_counterThis week779
mod_vvisit_counterThis month11301
mod_vvisit_counterAll2547893
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -