Home Attivitajiet Spettaklu Kbir Ta' Loghob Tan-Nar
Spettaklu Kbir Ta' Loghob Tan-Nar PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 24 June 2012 01:30

Spettaklu Kbir

Ta' Loghob Tan-Nar

NAR_SATURDAY

Il-jum tas-Sibt beda b’quddies fil-Knisja Arcimatrici ta’ San Gorg fil-hinijiet tas-6:00am, tas-6:45am u tat-7:45am li din tal-ahhar kienet quddiesa ta’ ringrazzjament li fiha tkanta l-innu ta’ radd il-hajr lil Alla (Te Deum). Imbghad ezattament wara kien hemm il-hruq ta’ kaxxa Spanjola u murtaletti. Rega’ kien hemm il-hruq tal-murtaletti mill-Ghaqda 23 ta’ April fin-11:45am.

Ic-celebrazzjonijiet fil-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg komplew b’quddies fl-4:30pm, fil-5:30pm u fis 6:30 pm fejn wara saret it-transolazzjoni solenni tar-Relikwija ta’ San Gorg Matri li bdiet mill-Kappella tal-Madonna ta’ Qrejca, sar l-Ghasar imbaghad ic-Celebrazzjoni Ewkaristika. Hadu ukoll sehem il-fratelli kollha tal-Parrocca u jmexxi it-Transolazzjoni kien hemm l-E.T. Mons. Gorg Frendo, Isqof Awziljarju fl-Albanija.

DSCF2692

Fis-7.30pm beda l-marc mill-Banda Anici li dar mat-toroq ta’ Hal-Qormi u spicca proprju biswit il-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg. Minn naha l-ohra fl-istess hin beda il-marc mill-Banda San Gorg Martri minn hdejn l-Abatija fi Triq il-Kbira sa ma wasal fi Pjazza San Frangisk fejn beda il-programm muzikali fuq il-plancier u fl-10:30 pm kompla l-marc tul Triq il-Kbira sal-Wied. Kien hemm bosta nies li hadu gost jisimhu dan il-programm muzikali u kif inhu xieraq saru anke xi prezentazzjonijiet.

DSCF2701

Ma jistax jasal is-sibt u ma insemmux il-Programm Specjali ta’ Lejliet il-Festa imtella b’tant dedikazzjoni mill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April. Fl-9:45pm bdiet wirja spettakolari tan-nar tal-ajru; inharqu lampjuni, sfejjer, blalen u baraxxi, beraq ikkulurit, murtali tal-beraq bil-loghob u murtali tal-kulur. Ikkonkludiet dan kollu kien hemm il-kaxxa tal-kulur b’varjeta’ kbira ta’ kuluri. Kien jmiss wara il-loghob tan-nar tal-art fil-misrah tal-Wied li beda ghall-habta tal-11:30pm.

DSCF2687

Id-dilettanti tan-nar ingabru kolha flimkien sabiex iccelbraw din il-harqa ta’ illejla.

Nirringrazzjaw mil qalb id dilettanti tan nar illi go xemx tizreg hadmu biex ipaxxuna bl-isbah nar kemm ta l-art kief ukoll jixghelu is smewwiet bil-murtali ta l-ajru. Bla dubju li lejliet il-festa ghalaq bl-isbah mod u ta’ dan nghidu grazzi lill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April .

Nirringrazjawk San Gorg Martri u nitolbuk izzomm idejk fuq kull minn jahdem bla waqfien ghall-festa biex bha dejjem kellna l-aqwa festa ad unur ISMEK.

Last Updated on Monday, 25 June 2012 01:48
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday790
mod_vvisit_counterYesterday931
mod_vvisit_counterThis week2931
mod_vvisit_counterThis month16449
mod_vvisit_counterAll2513522
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -