Home
Nifirhu lil Fr.George Schembri PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 04 July 2012 20:51

Nifirhu ...

L-ordinazzjoni ta Fr.George Schembri

422690_10150589298601178_638360379_n

Fil-festa ta' San Pietru u San Pawl, proprju fid-29 ta’ Gunju, fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann saret l-ordinazzjoni ta’ disgha sacerdoti godda minn Monsinjur Arcisqof Pawlu Cremona. Minn dawn, sebgha huma djocesani u tnejn religjuzi.  Is-sacerdoti godda djocesani huma Dillon Bugeja mill-Parrocca ta' Santa Katarina, Zurrieq, Robin Camilleri mill-Parrocca ta' Sant' Andrija, Hal Luqa; Roderick Camilleri mill-Parrocca tal-Madonna tal-Grazzja, Haz-Zabbar; Mario Dimech mill-Parrocca ta' San Nikola, is-Siggiewi; Anthony Paul Fitzpatrick mill-Parrocca ta' Sidna Marija ta' Fatima, Gwardamanga; George Schembri mill-Parrocca ta' San Gorg Martri, Hal Qormi u Michael Zammit mill-Parrocca ta' Sant' Elena, Birkirkara. Iz-zewg religjuzi huma Walter Vassallo mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri u Mark Cachia, Gizwita.

 

B’hekk ahna l-Qriema ghandna ghaliex tassew inkunu kburin u nirringrazzjaw lil Alla li sejjah lil George Schembri bhala djocesan gdid biex jaqdih u fuq kollox ghandna nitolbu sabiex ikun hawn aktar sejha ghall-vokazzjonijiet.


Nzommu f’mohhna li din il-preparazzjoni tiehu mill-inqas sebgha snin u fiha hafna mumenti difficli izda li tikkonkludin b’din il-gurnata tant specjali.  Fil-Kon-Katidral kien hemm ukoll il-genituri u l-qrabat ta’ dawn is-sacerdoti godda li min jaf kemm hadu pacenzja bihom izda sal-ahhar kienu dejjem warajhom u b’hekk jinghaqdu maghhom f’dan il-jum ta’ ferh.

554026_407476925965271_286891003_n

L-Arcisqof Cremona waqt l-omelija sahaq li l-ordinazzjoni Presbiterali hu mument ta' ferh u festa ghall-Knisja kollha u b’mod partikolari ghall-komunita, dan ghaliex Alla jkun qed jaghti grazzja kbira permezz tal-ghazla tas-sacerdoti. L-Arcisqof enfasizza li s-sacerdot ministerjali hu mibni fuq dak li tana Gesu` Kristu, jigifieri l-ghotja tal-hajja tieghu ghalina. B'dan il-mod is-sacerdot irid ikun moghti kollu kemm hu ghall-Knisja, u hajtu ssir offerta shiha lil Alla.

 

Il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri flimkien mas-Sezzjoni Zghazagh tifrah lil Fr. George Schembri li nhar il-Hadd 8 ta’ Lulju 2012, fis-6:30pm, ser ikun qed jiccelebra il-Prima Messa tieghu fil-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg f’Hal-Qormi.  Il-Korteo li ser jibda mid-dar tal-genituri tieghu minn Triq Anici, Triq il-Kbira sal-Knisja ArciMatrici.

Last Updated on Monday, 09 July 2012 13:16
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday427
mod_vvisit_counterYesterday414
mod_vvisit_counterThis week841
mod_vvisit_counterThis month13261
mod_vvisit_counterAll2474179
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -