Home
Zjara mill-Prim Ministru PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 04 July 2012 21:00

Festa 2012

Zjara mill-Prim Ministru

PM_Festa_Qormi_049

 

Nhar il-festa ta’ San Gorg, il-Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Lawrence Gonzi, zar il-Belt Pinto li kienet ghaddejja bic-celebrazzjonijiet tal-festa iddedikata lil kbir Martri ta’ Lidda. Il-Prim Ministru attenda dawn ic-celebrazzjonijiet ta’ festa u kien prezenti waqt il-hrug tal-purcissjoni.

 

562910_10150945075699232_1262881198_n

Ghal din l-okkazzjoni Dr. Lawrence Gonzi zar il-Kazini tal-Baned; fosthom l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u l-Ghaqda Socjo-Muzikali Anici.

336434_10150945054744232_600255022_o

Kompla iz-zjara tieghu billi waqaf ftit jitkellem ma’ xi nies li kien hemm fil-Kazin Nazzjonalista ta’ Hal-Qormi, fil-Klabb tal-Football ta’ Hal-Qormi kif ukoll fic-Caccu Social Club fejn hawnhekk kien hawn xi nies jew ahjar partitarji tal-football li dak il-hin kienu qedin isegwu l-loghba tal-football tal-Euro 2012.

229860_10150945068054232_1073433435_n

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi zar ukoll ir-Radju Lehen il-Belt Gorgjana u kien impressjonat bl-impenn li jaghtu il-membri lil dan l-istazzjon.  Mark Cremona, il-PRO tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg M.M., kif ukoll parti mill-Kummisjoni Radju, spejaglu kif inhi imqassma l-iskeda tar-radju kif ukoll kif jigu imwassla il-programmi u il-funzjonijiet live.  Mark spjega ukoll l-uzu tas-sistema vizwali fejn permezz tal-internet dak li jkun, jkun jista’ jara x’inhu jigri kemm fir-radju, kemm fil-Knisja meta jkun hemm xi funzjonijiet kif ukoll fil-madwar meta jittellghu xi attivitajiet.

F’isem il-Kumitat Festi Esterni San Gorg nixtiequ nirringrazzjaw lil Prim Ministru li onorana bil-prezenza tieghu proprju f’jum tant specjali ghalina il-Qriema Gorgjani: Jum San Gorg.

Last Updated on Monday, 09 July 2012 13:15
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday427
mod_vvisit_counterYesterday414
mod_vvisit_counterThis week841
mod_vvisit_counterThis month13261
mod_vvisit_counterAll2474179
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -