Home
Festa fuq tal-Blat PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 25 August 2012 14:02

Festa fuq tal-Blat

a_DSCN4278

Fi tmiem din il-gimgha jkomplu l-festi Marjani ccelebrati fil-parrocca ta' San Gorg Martri f'Hal Qormi. Festi li jkomplu jsebbhu l-jiem sajfin u jaghtu l-hajja liz-zoni li jinsabu fil-periferija tal-parrocca Gorgjana. Wara l-festa tal-Madonna tal-Hlas il-gimgha li ghaddiet, issa jmiss li tigi iccelebrata l-festa fil-kappella ckejkna li tinsab fuq Tal-Blat, ftit 'il fuq mill-Wied ta’ Hal-Qormi li jghaddi mill-inhawi ta' wara l-Knisja Arcipretali.

 

 

 

Din ukoll hija festa f'gieh Santa Marija, Patruna Universali. Il-Hadd ssir il-fiera organizzata mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, filwaqt li l-kappella tkun miftuha ukoll ghall-pubbliku. Wiehed jista jammira x'gawrha ghandna f'din il-parrocca, li bhall-bqija tal-kappelli qed tinzamm fi stat tajjeb hafna.

a_DSCN4264

Il-Festa tal-Assunta 

Il-knisja, f’din il-festa ta’ Santa Marija, jkun fiha l-armar kollhu mehtieg li jista’ jkollha kappella, inkluzi damask, gandlieri u fjuretti. Il-festa ssir billi filghaxija ssir quddiesa solenni fil-kappella u wara tinghata l-barka sagramentali. 

Fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja imbghad, il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri jiehu hsieb li mhux biss jarma din l-istess pjazza bid-dawl u b’xi liedna, imma wkoll li ssir fiera, l-aktar popolari dik ta’ nhar il-festa. In-nies ta’ dawn l-inhawi tattendi bi hgarha ghal din il-festa ckejkna imma helwa.

Hadd il-Palm u din il-Kappella

Ta’ kull sena f'Hadd il-Palm filghodu tohrog processjoni solenni mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg Martri lejn din il-kappella bis-sehem tal-fratelli u l-kleru. Il-purcissjoni tkun imexxija mil-Arcipriet tal-parrocca liebes il-kappa hamra u jsir it-tberik tal-frieghi taz-zebbug fuq iz-zuntier taghha. Minn hemm il-processjoni tmur lura lejn il-Knisja Arcipretali fejn imbaghad tibda l-Quddiesa Solenni ta’ Hadd il-Palm li taghti l-bidu ghac-celebrazzjonijiet tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Gesù Kristu.

Last Updated on Tuesday, 28 August 2012 17:28
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday79
mod_vvisit_counterYesterday443
mod_vvisit_counterThis week522
mod_vvisit_counterThis month16398
mod_vvisit_counterAll2495016
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -