Home Attivitajiet Konferenza Stampa
Konferenza Stampa PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Tuesday, 28 August 2012 17:16

Konferenza Stampa

qwf_12_pr

Illum it-28 ta’ Awwissu, ftit jiem il-boghod mill-bidu tal-festival tal-inbid, inghatat konferenza stampa lill-midja nazzjonali biex tfakkar u taghti kull informazzjoni possibli dwar dak li ser jigri fi tmiem il-gimgha, fil-31 ta’ Awwissu u fl-1 ta’ Settembru fil-lokalita’ ta’ Hal-Qormi, fl-inhawi ta’ San Gorg.

Is-segretarju tal-Kumitat Festi Esterni, Noel Gauci, u is-segretarju tas-Sezzjoni Zghazagh tal-istess Kumitat, George Spiteri, offrew kull tip ta’ informazzjoni dwar il-Wine Festival biex il-pubbliku jkun infurmat u ppreparat la darba jattendi. Prezenti kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Hal-Qormi, Rosianne Cutajar kif ukoll il-kunsillier Jason Busuttil li flimkien mal-Kunsill Lokali Qormi dejjem jaghtuna l-ghajnuna taghhom.

 

Fost l-informazzjoni li inghatat kien hemm dik dwar l-esibizzjoni specjali ta’ din is-sena, fejn fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Gorg ser ikun hemm esebit il-George Cross f’gheluq is-sebghin anniversarju minn meta gie irregalat lill-Maltin ghall-qlubija li l-Maltin wrew fit-Tieni Gwerra Dinija. Esposta ukoll ser ikun hemm l-akbar tazza tal-inbid fid-dinja, l-istess wahda li f’April li ghadda proprju waqt il-Festa tar-Rebbiegha, gie iddikjarata mill-Guinness World Record bhala l-akbar tazza tal-inbid fid-dinja; rekord dinji li kiseb il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri.

 

Barra minn hekk il-festival ser ikun imzewwaq b’ikel bnin u tradizzjonali malti, fosthom fniek, majjal, ftira maltija, laham taz-ziemel u imqaret kif ukoll ma tonqosx il-varjeta kbira ta’ imbejjed mill-Kumpanija Marsovin. Ta min wiehed iduq dawn l-imbejjed u jixrob mit-tazza tal-inbid li l-Kumitat hejja attaposta. Barra minn hekk tul il-festival ser ikun hemm bands li bla dubju ser joholqu atmosfera indimentikabbli.

 

Ghaldaqstant nistednukom tattendu bi hgarkom u tgawdu dak kollu li tistghu minn din l-attivita’ li kull ma tmur qeghda dejjem tikber.

Last Updated on Sunday, 02 September 2012 11:03
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday662
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3003
mod_vvisit_counterThis month11768
mod_vvisit_counterAll2508841
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -