Home
Il-Festa ta’ San Mikiel PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Thursday, 27 September 2012 20:51

Il-Festa ta’ San Mikiel

1

Fost il-festi zghar li jigu iccelebrati gewwa il-Parrocca ta’ San Gorg Hal Qormi insibu il-festa iddedikata lil San Mikiel Arkanglu.  Din issir nhar il-Hadd 30 t’Ottubru u hija meqjusa bhala wahda mill-akbar festi sekondarji li jigu iccelebrati f'Hal Qormi.   Il-festa tigi organizzata mill-Fratellanza ta' San Mikiel bl-ghajnuna ovvjament ta’ dawk kollha li jahdmu fi hdan il-Parrocca.  Il-purcissjoni tohrog fis-6 ta’ filghaxija, wara l-funzjoni fil-Knisja fejn iddur uhud mit-toroq tal-Parrocca stess.

Minbarra l-festa ta’ San Mikiel, fil-Parrocca ta’ San Gorg f’Hal-Qormi insibu ukoll festi zghar bhal dik tal-Madonna tar-Ruzarju li issir proprju gimgha wara din ta’ San Mikiel, il-festa iddedikata lill-Madonna tac-Cintura li saret il-gimgha li ghaddiet u ta’ San Guzepp f’Mejju fost ohrajn.

P6230202

Din is-sena il-pedestall ta’ San Mikiel b’differenza qieghed jigi irrestawrat u ghalhekk dak li jkun jista’ jara ix-xoghol ta’ restawr li qieghed isir fuqu.  Dan ix-xoghol qieghed isehh bl-ghajuna u bil-fondi li gabru l-istess fratellenza ta’ San Mikiel biex dejjem izommu haj u jibzghu ghal-kult kulturali li hallew missirijiet.  Ir-restawr qieghed jsir mill-induratur Jonathan Farrugia minn Bormla.

DSC01444

L-istatwa artistika ta’ San Mikiel rebbieh fuq il-hazen, kienet giet irrestawrata mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi fl-2003. 

 

 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday381
mod_vvisit_counterYesterday993
mod_vvisit_counterThis week5385
mod_vvisit_counterThis month15858
mod_vvisit_counterAll2494476
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -