Home
Il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 03 October 2012 20:32

Il-Festa tal-Madonna

tar-Ruzarju

IMG_8863

Ix-xahar t’Ottubru hu sinonimu mat-talba tar-ruzarju imqaddes li hi tant specjali u ghaziza ghalina l-insara li b’devozzjoni kbira nemmnu f’Marija Santissima u f’binha Gesù. F’dan ix-xahar il-Parroccca Arcimatrici ta’ San Gorg Martri f’Hal Qormitfakkar b’mod xieraq din il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju u d-devozzjoni lejn din it-talba. 

Il-festa issir dejjem fl-ewwel Hadd t’Ottubru,proprju nhar il-Hadd 7 t’Ottubru u fiha tiehu sehem il-fratellanza tar-Ruzarju – imwaqqfa fl-1601.  L-ewwel ikun hemm celebrazzjoni solenni fil-Knisja u wara ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija issegwi purcissjoni li tghaddi mit-toroq ewlenin tal-Parrocca Gorgjana.

IMG_8874

Fil-purcissjoni tinhareg l-istatwa sabiha immens ta’ Karlu Darmanin li hi xoghol fil-kartapesta tal-1860.  Jinghad li qabel din l-istatwa kien hemm ohra aktar antika li sahansitra kienet issawret fl-injam qabel il-vara titular ta’ San Gorg.  B’hekk il-Madonna tar-Ruzarju kienet l-ewwel statwa processjonali f’Hal Qormi, u possibilment wahda mill-ewlenin f’Malta.  Izda sal-illum din l-istatwa ghandna ma nafux x’sar minnha.  Fl-antik din il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju kienet tohrog ukoll f’Mejju u kienet tissejjah il-festa tal-Madonna tal-Ward.

IMG_8872

Il-Purcissjoni ta’ nhar il-Hadd 7 t’Ottubru issir bis-sehem tal-fratellenzi kollha tal-Parrocca.  Waqt il-purcissjoni jinghad ir-ruzarju u kulhadd hu mistieden biex igib mieghu kuruna tar-ruzarju u jippartecipa f’din il-festa Marjana. 

 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday43
mod_vvisit_counterYesterday762
mod_vvisit_counterThis week1314
mod_vvisit_counterThis month11632
mod_vvisit_counterAll2566159
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -