Home Attivitajiet Il-Festa tar-Rebbiegha
Il-Festa tar-Rebbiegha PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 01 April 2013 17:40

Il-Festa tar-Rebbiegha

poster_springfest-20130327-141511

Ftit tal-granet ilu beda l-istagun tar-Rebbiegha, stagun li fih kull hlejqa terga’ tiehu l-hajja, kull fjura tqum u kull gurnata titwal. F’dan l-istagun il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri flimkien mas-Sezzjoni Zghazagh fi hdan l-istess Kumitat ser itellghu bix-xieraq il-Festa Tar-Rebbiegha ghall-hames sena konsekuttiva.  Din hija festa fil-Parrocca Gorgjana li tigbed mijiet ta’ nies ghaliex toffri tizwieq ta’ tradizzjonijiet Maltin.

Il-Festa tar-Rebbiegha ser tkun mifruxa fuq jumejn u tibda il-Gimgha 19 ta’ April.

DSCF0333_1

F’dan l-ewwel jum fost diversi attrazzjonijiet matul is-serata kollha, fuq il-palk principali ser jkun hemm varjeta ta’ muzika fost dawn ser nisimghu l-ghana, il-muzika tradizzjonali Maltija.

 

Il-Gimgha stess, fil-festa tar-Rebbiegha, ser ikun hemm kompetizzjoni taz-zejt li tigbed hafna produtturi sabiex juru l-kapacitajiet taghhom fil-produzzjoni taz-zejt.  Kompetizzjoni ohra li ser tkun ghaddejja l-Gimgha ukoll ser tkun dik tal-fotografija.  Fotografi ser jesebixxu uhud mir-ritratti taghhom f’wirja iddedikata kompletament ghall-fotorafija.

Madanakollu, ma jonqsux id-diversi stands bl-ikel tradizzjonali Malti, fosthom fniek, majjal, ftira maltija, laham taz-ziemel u bosta ohrajn.  Fuq nota aktar moderna u originali, ser ikun hemm ukoll Cocktail Bar; innovazzjoni fil-Festa tar-Rebbiegha.

DSCF0378

Is-Sibt 20 ta’ April, it-tieni gurnata tal-Festa tar-Rebbiegha ser tkun mzewqa b’esibizzjoni imtella’ mill-grupp In Guardia li b’aktar minn 40 ruh ser jikkomemoraw il-wasla tal-Granmastru Pinto meta ghollha isem Hal Qormi ghal Belt zmien ilu – il-Belt Pinto.  Din ser tkun wahda mill-attrazzjonijiet principali ghaliex dan kien mument prezzjuz ghalina il-Qriema li ta’ min wiehed jfakkru u jibqa’ jghozzu.

DSCF0465

L-Ghaqda Qawmien ser tippartecipa fil-Festa tar-Rebbiegha u dan billi tkompli fuq it-tema tal-kavallieri ghaliex ser tohloq suq taz-zmien il-kavallieri armat fit-triq biswit il-mahzen tal-armar, kif ukoll ser tbiddel ix-xelter taz-zmien it-tieni gwerra dinija f’dungeons taz-zmien il-kavallieri u dan grazzi ghall-atturi fi hdan l-istess ghaqda ser jmorru lura f’dawk iz-zminijiet sabiex nghixuhom maghhom.

 

Ic-Centru tal-Armar jew kif inhu maghruf aktar bhala l-mahzen tal-armar fi Triq il-Blata, ser ikun armat u mibdul f’ambjent taz-zmien il-kavallieri, fejn dawk kollha li jattendu ser ikunu qedin jieklu ikel tradizzjonali malti f’atmosfera pjuttost orginali.  Dan ser tkun possibli dejjem bl-ghajnuna tal-Kumpanija Teatrali Anici li permezz tal-atturi taghhom ser johduna lura fiz-zmien u maghhom nghixu din l-esperjenza f’post li ghandu ghexieren ta’ snin.

 

Dawn huma biss toghmiet zghar ta’ xi uhud mill-attrazzjonijiet li ser ikun hemm fil-Festa tar-Rebbiegha fid-19 u fl-20 ta’ April u li qed issir ghall-hames sena konsekuttiva.  Kull sena din l-attività kienet success u qed thejji t-triq u tama f’dawk kollha li hadu sehem sabiex din is-sena din l-istess attività tkompli tikber u tigbed aktar nies fil-Parrocca iddedikata lil Padrun San Gorg.

 

Last Updated on Monday, 08 April 2013 21:56
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday258
mod_vvisit_counterYesterday521
mod_vvisit_counterThis week779
mod_vvisit_counterThis month11301
mod_vvisit_counterAll2547893
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -