Home Attivitajiet Attrazzjonijiet Unici fil-Festa tar-Rebbiegha
Attrazzjonijiet Unici fil-Festa tar-Rebbiegha PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 08 April 2013 21:02

Attrazzjonijiet Unici

fil-Festa tar-Rebbiegha

poster_copy

Il-Kumitat Festi Esterni bl-ghajnuna tas-Sezzjoni Zghazagh fi hdan l-istess Kumitat, kif ukoll bl-ghajnuna tal-Kunsill Lokali Qormi u tal-Ministeru ghat-Turizmu u s-Segretarjat Parlamentari ghall-Kultura u l-Gvern Lokali, hasbu sabiex f’din l-edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha ikun hemm mumenti straordinarji li jirriflettu avvenimenti tradizzjonali.

L-ewwelnett it-triq biswit ic-Centru tal-Armar San Gorg Martri ser tkun armata bhala suq taz-zmien il-Kavallieri, fejn mhux ser ikun hemm beigh ta’ prodotti izda kull min ser jzur din it-triq ser jidhol f’atmosfera ta’ kummerc fiz-zmien is-seklu sittax.
DSCF0467
Imbghad, kull min izur ic-Centru tal-Armar, fi Triq il-Blata, ser jkollu l-opportunita li jhallas xi haga zghira, u jiekol f'ambjent Medjevali.  Il-pubbliku li jzur il-mahzen tal-armar jista’ jduq it-tjubija ta’ platt kawlata u wara ta’ platt laham tal-majjal bil-patata l-forn flimkien ma’ tazza nbid.  Din ser tkun ikla specjali grazzi ghall-Kumpanija Teatrali Anici li ser johoqlu xenetti fil-mahzen waqt li l-pubbliku jkun qieghed jiekol kif ukoll jista’ jigi nvolut biex jzewwaq aktar din l-atmosfera Medjevali; esperjenza unika.
June_2007_734
Ix-xelter taz-zmien it-Tieni Gwerra Dinija, dejjem fl-istess inhawi, ser jinbidel f’dungeons taz-Zmien il-Kavallieri permezz tal-atturi li huma parti mill-Ghaqda Qawmien.  Kull min ser jzur dan ix-xelter ser jara diversi torturi li kienu jinghataw f'dawk iz-zminijiet, igsma mejta u hafna xenarju iehor li huwa tipikament ta’ dak iz-zmien.  Barra minn hekk, L-Ghaqda Qawmien ser jiehdu hsieb li joholqu re-anactment li fihom jinvolvu lin-nies li jinzlu jzuru x-xelter. Bla dubju li xi qata ‘l hemm jew ‘l hawn ma tonqosx!  Atmosfera u ambejnt uniku li ser jiehu l-pubbliku lura fiz-zmien il-Kavallieri.

Dan mhux bizejjed ghaliex ma’ dan kollu ser jkun hemm ukoll il-grupp tal- In Guardia, li ser johduna lura fiz-zmien.  Il-parata se tibda billi l-kleru jitlaq processjonalment minn fejn il-kappella ta’ Qrejca u jibqa’ sejjer sal-Knisja ta’ San Gorg.  Dak il hin, minn wara l-Knisja stess tohrog id-Dejma, grupp ta’ irgiel li kienu jidhlu fl-armata biex jiddefendu lill-pajjiz, u tmur tilqa’  lill-GranMastru li sadanittant ikun gej mal-kontingent tieghu mit-tarf l-iehor tat-triq.  Mal-wasla tal-GranMastru jinharaq 'feu de joie' (salut), issir l-ispezzjoni tat-truppi, u flimkien mad-Dejma, jitilqu lejn il-Knisja ta’ San Gorg, fejn hemmhekk kulhadd isib postu fuq iz-zuntier.  Wara jersaq il-Kleru flimkien man-nobbli biex jaghtu gieh lill-GranMastru.  Terga’ ssir l-ispezzjoni tat-truppi, jinharaq it-tieni 'feu de joie' u din id-darba johrog l-Isqof ibierek il-Gonfalon u l-bnadar tad-Dejma fejn dak il-hin l-Kavallieri johorgu jaghtu qima lill-Gonfalon.  Ezattament wara,  jinqara ndirizz ta’ merhba mill-Kappillan, tinqara twegiba mis-Seneskal f'isem il-GranMastru u jinqara d-digriet li bih Pinto jgholli isem Hal Qormi ghal Belt; Citta’ Pinto.  Dan id-digriet jigi pprezentat lill-Kappillan u fl-istess hin jindaqqu l-Qniepen tal-Knisja.  Fdan il-mument jinharaq it-tielet 'feu de joie' u jigu sparati 4 tiri ta murtaletti b’sinjal ta’ glorja.  Is-suldati jaghtu sinjal ta’ ferh lil San Giovanni, lil San Gorg u lill-GranMastru b’ringrazzjament li issa Hal Qormi saret Citta’ Pinto!
DSCF0465
Bla ebda dubju din ser tkun esperjenza unika fejn ser jergghu jiggeddu zmienijeit hekk importanti ghal beltna.
Infakkru ukoll lil kull min ser jattendi li ser tkun ghaddejja kompetizzjoni tar-ritratti li bhala tema, dejjem sabiex inkopmlu fuq l-istess ton ta’ ideat, ser tkun 'Il-Kavallieri f'Malta' maqsuma f’zewg kategoriji; dik tal-Arkitettura u tal-Personalitajiet.  Inheggu lil kull fotografu jippartecipa ghaliex mhux biss ikun qed juri hilietu izda kull min jigi fl-ewwel post ser jinghata trophy fil-kategoriji rispettivi kif ukoll ser jigi maghzul l-isbah ritratt fost il-Qriema.  Din hija opportunita’ li mhux ta’ min iwehed jitlef.

Kif wiehed jista’ jar ail-Festa tar-Rebbiegha ser iddahhalna f’xenarju kompletament differenti minn dak tas-snin li ghaddew ghax ser tohodna lura fiz-zminijiet l-imghoddija.

Nirringrazzjaw bil-quddiem lil Kunsill Lokali Qormi kif ukoll lill-Ministeru ghat-Turizmu u s-Segretarjat Parlamentari ghall-Kultura u l-Gvern Lokali, ghaliex dan kollu jista’ jsir dejjem permezz tal-ghajnuna li joffrulna.

 

 

Last Updated on Wednesday, 10 April 2013 18:42
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday791
mod_vvisit_counterYesterday931
mod_vvisit_counterThis week2932
mod_vvisit_counterThis month16450
mod_vvisit_counterAll2513523
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -