Home Attivitajiet Tibda l-Festa 2013
Tibda l-Festa 2013 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 23 June 2013 18:26

Tibda l-Festa 2013

IMG_0046

Il-gimgha tal-festa tinsab wara l-bieb, il-preparazzjonijiet jinsabu fl-ahhar u ghalhekk kollox huwa lest biex naghtu bidu ghal-gimgha mill-isbah. Membri tal-Kumitat u tas-Sezzjoni Zghazagh kif ukoll xi volontiera ohra li jigu jaghtu daqqa t’id f’dawn l-ahhar granet, jinsabu qed izejjnu t-toroq ta’ beltna bl-isbah armar u jlestu l-ahhar thejjijiet sabiex ikollna Festa mill-aqwa.

Matul din is-sena il-parruccani gorgjani kif ukoll xi nies li jigu jzuru il-festa ghandhom l-opportunita ikomplu igawdu armar gdid li membri tal-Kumitat u tas-Sezzjoni Zghazagh kienu biezla jahdmu matul din is-sena li ta min jghid li kienet inpenjattiva ferm.

IMG_2798

Fil-jiem li ghaddew membri mill-Kumitat kienu imhabbtin iqassmu l-ktieb tal-festa li fih programm dettaljat tal-festa kif ukoll artikli interessanti ferm.  Ma dan il-ktieb hemm envelop biex kulhadd jaghti d-donazzjoni tieghu ghall-festa b’mod partikolari fejn jidhol tizjin u dawl tal-festa. Ghaldaqstant inheggeg lil residenti gorgjani kollha sabiex ikunu generuzi u jaghtu donazzjoni xierqa.

IMG_2820

It-Tnejn jinghata bidu ghal gimgha shiha ta’ celebrazzjonijiet fil-Parrocca Gorgjana, celebrazzjonijiet f’gieh il-Padrun ta’ belt Pinto San Gorg MegaloMartri. Dan l-ewwel jum ta’ festa huwa l-jum iddedikat biex napprezzaw ix-xoghol ta’ xulxin u il-jum ghall-familji.

Kulhadd ikun qed jistenna il-hrug ta’ San Gorg minn nicca ghall-habta tat-8 ta’ filghaxija fejn fost il-ferh tan-nies tfegg l-istatwa fuq iz-zuntier tal-knisja u f’dan il-mument tkun tassew bdiet il-festa ghalina il-Gorgjani.

Ghalhekk kulhadd herqan li wasal dan il-jum, il-jum li jirrapprezenta l-bidu tal-festa, il-festa ta’ Gorgi taghna, icapcap, ikanta u anke iqabbel xi taqbila biex jesprimi il-ferh f’qalb, il-kuntentizza li regghet waslet il-festa tal-Kbir Matri ta’ Lidda.

Ejjew flimkien ninghaqdu u niccelebraw bi kbir din il-gimgha!

 

“Issa waslet dik is siegha

li mit-tempju nohorguk

 

indawruk mat-toroq taghna
biex nuruk kemm inhobbuk.”

 

Last Updated on Tuesday, 25 June 2013 06:43
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday660
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3001
mod_vvisit_counterThis month11766
mod_vvisit_counterAll2508839
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -