Home Attivitajiet Merhba lill-Martri ta' Lidda
Merhba lill-Martri ta' Lidda PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 24 June 2013 23:05

Merhba lill-Martri ta' Lidda

IMG_9270

Tigi f'Gunju, tigi f'April, tigi meta tigi...il-festa ta' San Gorg f'Hal Qormi tibqa l-aktar festa kompluta f'pajjizna u l-akbar festa fil-Belt Pinto ghaliex ta' kull sena tigbed l-eluf ta’ nies lejn it-toroq ta' Hal Qormi, fosthom bosta turisti li anke jiccelebraw il-festa ta’ San Gorg f’pajjizhom; fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Italja u f’hafna pajjizi ohra.

Proprju ilbierah iccelebrajna l-hrug min-nicca li bla dubju kienet merbha eccezzjonali mill-gorgjani kollha lil mahbub martri ta’ Lidda.

IMG_9230_-_Copy

Din il-gurnata gabet hafna ferh kbir maghha fosthom iz-zewg sorprizi li lestew il-Kumitat Festi Esterni kif ukoll is-Sezzjoni Zghazagh rispettivament.

IMG_9334_-_Copy

Il-Kumitat Festi Esterni kixfu t-tieni statwa, dik tal-Imperatrici Katarina tar-Russja II, parti minn sett ta’ statwi tal-artist Aaron Camilleri Cauchi li jirraprezentaw il-marti u li qedin isebbhu Triq il-Kbira, proprju ezatt biswit il-Knisja Arcimatrici.  Din l-istatwa thallset minn Gorg Scicluna u hija b’tifkira ta’ martu Carmen.

IMG_9345_-_Copy

Minn naha l-ohra sorpriza li hadd ma kien qed jistenna, lanqas membri tal-istess kumitat, kienet il-faccata imzejna tas-Sede, li s-Sezzjoni Zghazagh hasbu fiha, wettquha u offrewha bhala rigal lill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri.  Din l-idea nibtet minn George Spiteri, is-segretarju tas-Sezzjoni Zghazagh li pproponieha lill-istess zghazagh u dawn accettaw fil-pront.  Kien id-dizinjatur Silvio Pace li holoq dizinn mill-isbah u Justin Zahra li ha hsieb li jaqta l-ingrandiment biex jithazzez id-dizinn fuq l-injam.  Stephen Cauchi qata l-injam kollu u wara beda l-process tal-undercoat fuq l-injam, saru ukoll il-kurrenti fuq wara tal-injam minn Raymond Bonello u fl-ahharnett inbdiet iz-zebgha minn diversi membri tas-Sezzjoni Zghazagh li kollha taw daqqa t’id.  Matul diversi iljieli dawn l-istess membri kienu jiltaqghu sabiex jippruvaw l-injam mal-faccata tas-Sede tal-Kumitat.  Minnufih beda l-isfumar, xoghol taz-zaghzugh Gorg Spiteri sabiex fl-ahhar din twahhlet u inghatat bhala rigal mill-membri tas-Sezzjoni Zghazagh lill-Kumitat Festi Esterni.

faccata

Is-sezzjoni zghazagh tixtieq tirringrazzja lil Justin Zahra u lil George Portelli li sellfu l-garaxxijiet rispettivi taghhom fejn tlestiet is-sorpriza, lil Marion Zammit (ta’ xiffa) ghall-ghajnuna tieghu, lil Henry Attard ghall-hjata, lil Silvio Pace ghad-dizinn u lil Kurt Friggieri ghall-pittura tat-titular.

Bla dubju l-Kumitat jirringrazzja lis-sezzjoni Zghazagh ta’ din is-sorpriza u tal-injizzjattiva u huma kburin bix-xoghol li sar.

Mil-lat l-iehor, waqt l-omelija il-Mons. Charles Scicluna, il-vigarju generali, semma li l-parocca qeda tistieden il-futur taghha biex taghti bidu ghal din il-festa.  L-isem ta’ Gorgi ifisser bidwi, haddiem tal-art, ezepju kbir ghalina ilkoll li immexxu d ail-futur.  Mons. Charles Scicluna sellem lill-familja qriema bl-intercessjoni ta’ San Gorg, missier wiehed taghna.  Sahaq ukoll li ghandna ihnzommu l-kurcifiss fil-qalb taghna bhalma ghamel San Gorg li kien suldat kbir ta’ Kristu.

B’hekk ejjew ingawdu din il-festa flimkien!

Last Updated on Wednesday, 26 June 2013 07:32
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday283
mod_vvisit_counterYesterday530
mod_vvisit_counterThis week2301
mod_vvisit_counterThis month12823
mod_vvisit_counterAll2549415
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -