Home Attivitajiet Il Hamis, It-Tieni Jum tat-Tridu
Il Hamis, It-Tieni Jum tat-Tridu PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 28 June 2013 11:27

Il Hamis

It-Tieni Jum tat-Tridu

IMG_3752

Il-Hamis hija wahda minn dawk il granet li kull Qormi ikun qed jistenna.  Sa minn zmien ilu din il-gurnata minn dejjem kienet fuq fomm il-Qriema u dan ghaliex kull qalb Qormija hija marbuta ma’ dak kollu li jigri l-Hamis, fosthom mat-tlugh tal-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel fil-pjazza San Frangisk.

Fis-6:00 ta’ filghaxija bdiet l-quddiesa bl-Ghasar, imqaddsa minn Dun David Farrugia, direttur spiritwali fil-Junior College, li spiega kif il-profeta huwa dak li jitkellem ma’ Alla u ghaldaqstant, San Gorg hu profeta megalomartri.  Il-kelma martri tfisser li wiehed jaghti xhieda u jkun xhud ta’ Kristu u bhalma qal il-Papa gorgjan Jorge, m’ghandiex nibzghu inkunu martri.

Fr-David-Farrugia

Fr. David kompli billi stqarr kif fiz-zmienna ukoll insibu diversi draguni bhalma iltaqa’ maghhom San Gorg, u dawn huma it-tentazzjonijiet li niltaqghu maghhom ta’ kuljum.  B’hekk ghandna nimxu fuq l-ezempju ta’ San Gorg, u niggieldu u neghlbu d-dragun, it-tentazzjonijiet.

Tradizzjonalment, hekk kif isir dejjem kien hemm l-priedka tat-Tridu, l-Kurunella, l-Innu, l-Antifona u ic-Celebrazzjoni Ewkaristika.

IMG_3740

Fit:8:30pm beda il-marc mill-Banda San Gorg Martri u d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel madwar it-toroq principali ta’ Hal Qormi fejn intemm bit-tlugh tal-istatwa fi Pjazza San Frangisk fost il-folla kbira ta’ nies li dejjem tkun hemm, iccapcap u tfahhar il-Kbir Martri ta’ Lidda.

Wahda mill-isbah statwi li l-Kumitat Festi Esterni thaddan hija dik ta’  San Gorg fuq iz-ziemel li ilbierah filghaxija sebbah u bhalissa qed isebbah Pjazza San Frangisk mal-armar l-iehor li intrama’ diga’ aktar kmieni fil-granet li ghaddew. Din l-istatwa saret minn Vincenzo Cremona fl-1906, fl-istess sena meta sar ukoll il-palk li kien jintrama fi Pjazza San Frangisk.

Last Updated on Wednesday, 10 July 2013 08:45
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday392
mod_vvisit_counterYesterday372
mod_vvisit_counterThis week2970
mod_vvisit_counterThis month15390
mod_vvisit_counterAll2476307
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -