Home Attivitajiet Lejliet il-Festa
Lejliet il-Festa PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 29 June 2013 19:05

Is-Sibt

Lejliet il-Festa

1014262_4834278704484_2066178263_n

Nistghu nghidu fi zgur li issa wasal qrib il-jum tal-festa, il-jum iddedikat kollu kemm hu ghal-Princep tal-Matri, bhalma fuq kollox kienet din il-gimgha shiha li ghaddiet. Il-jum tas-Sibt beda bil-quddies fil-Knisja Arcimatrici ta’ San Gorg fil-hinijiet tas-6:00am, tas-6:45am u tat-7:45am li din tal-ahhar tkun quddiesa ta’ ringrazzjament li fiha jitkanta l-innu ta’ radd il-hajr lil Alla (Te Deum).

Imbghad ezattament wara jkun hemm il-hruq ta’ kaxxa Spanjola u murtaletti.  Rega’ kien hemm il-hruq tal-murtaletti mill-Ghaqda 23 ta’ April ghal habta ta’ nofsinhar.

IMG_4330

Ic-celebrazzjonijiet fil-Knisja tkomplew b’quddies fl-4:30pm, fil-5:30pm u fis 6:30 pm fejn saret it-transolazzjoni solenni tar-Relikwija ta’ San Gorg Matri li bdiet mill-Kappella tal-Madonna ta’ Qrejca fejn l-ewwel sar l-Ghasar, imbaghad saret ic-Celebrazzjoni Ewkaristika.

IMG_4319_1

Fis-7.30pm beda l-marc mill-Banda Anici li dar uhud mit-toroq ta’ Hal-Qormi u li spicca proprju biswit il-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg.

Minn naha l-ohra fl-istess hin beda il-marc mill-Banda San Gorg Martri minn hdejn l-Abatija fi Triq il-Kbira sa ma wasal fi Pjazza San Frangisk fejn hemmhekk beda il-programm muzikali fuq il-plancier imtella mill-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri.

IMG_4354

Minghajr ebda dubju, il-gurnata tas-Sibt kienet imzewqa bil-programm specjali ta’ lejliet il-Festa imtella’ b’tant dedikazzjoni mill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April, din is-sena bi programm uniku ghall-Belt Pinto, fejn in-nar ser ikun sikronizzat mal-muzika – ‘The Pyro-Musical Show Diamonds in the Sky’. Fl-9:45pm bdiet wirja spettakolari tan-nar tal-ajru; inharqu lampjuni, sfejjer, blalen u baraxxi, beraq ikkulurit, murtali tal-beraq bil-loghob u murtali tal-kulur.  Biex ghalaq kollox ikun hemm il-kaxxa tal-kulur b’varjeta’ kbira ta’ kuluri.

IMG_4452

Biex verament issigilla dan kollu kien jmiss il-loghob tan-nar tal-art, din is-sena fl-inhawi maghruf ‘tal-Bonc’, parti mill-wied stess ta’ Hal Qormi li beda ghall-habta tal-11:30pm.

IMG_4428

Bla dubju li il-gurnata ta’ lejliet il-festa ghalqet bl-isbah mod u ta’ dan nghidu grazzi lill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April li dejjem hadmu bi shih u bla waqfien biex issebbhu is-smewwiet bl-loghob tan-nar tal-ajru u  bix- xoghol li holqu tan-nar tal-art.

San Gorg Martri zomm idejk fuq kull minn hadem bla waqfien biex qed ikollna l-aqwa festa ad unur ISMEK.

Last Updated on Wednesday, 10 July 2013 08:44
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday283
mod_vvisit_counterYesterday530
mod_vvisit_counterThis week2301
mod_vvisit_counterThis month12823
mod_vvisit_counterAll2549415
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -