Home Attivitajiet Jum il-Festa – Viva San Gorg
Jum il-Festa – Viva San Gorg PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 30 June 2013 23:28

Jum il-Festa

Viva San Gorg

IMG_4488

Il-Jum tant mistenni minna l-Qriema wasal; Jum San Gorg Megalomartri,  jum li kull qormi ghandu jiccelebra u jifrah fih imma fuq kollox jaghraf li jkun lest li jixbah f’ghemilu lil Kbir Martri ta’ Lidda. Tul dawn it-tridijiet li ghaddew, l-aktar punt importanti li nixtieq li nirriflettu fuqu f’din il-festa huwa billi insaqsu din il-mistoqsija lilna innfusna – “Ahna lil min inhobbu? Lil San Gorg, xbieha ta’ Kristu jew lill-istatwa ta’ San Gorg?

Ta’ min wiehed jahseb sew li jekk verament inhobbu lil San Gorg irridu nimxu fuq il passi tieghu, ezattament kif ghamel hu, issielet sakemm hareg rebbieh fuq il-hazen.

 

Jum il-festa beda kif inhu xieraq bil-funzjonijiet fil-Knisja ArciMatrici fejn kull quddiesa kienet mimlija bin-nies li tabilhaqq kantaw mill-qalb l-innu popolari lil San Gorg.

Fl-10:00am bdew il-marci popolari kemm dak mill-Banda San Gorg Martri kif ukoll dak mill-Banda Anici.

IMG_4636

Il-qofol ta’ din il-gurnata intlahaq meta l-istatwa tant majestuza harget mit-tempju gorgjan u daret it-toroq qriema, issellem u tbierek lil kull min ghandu devozzjoni lejha.  Irridu tassew nitolbu l-barka ta’ San Gorg fuqna sabiex iharisna u jigwidana fit-triq it-tajba li twassalna ghand Alla.

Mad-dhul ta’ San Gorg lura fil-Knisja, kien hemm bosta nies fuq iz-zuntier li sellmu lil San Gorg flimkien ma’ kant, capcip u taqbiliet.

“Doqqu Doqqu qniepen doqqu,

Doqqu doqqu kbar u zghar,

Ghax illum il-festa taghna,

Il-festa tat-titular.”

IMG_4938

Hekk kif l-istatwa ta’ San Gorg dahlet lura fil-knisja tkantat l-Antifona u saret ic-celebrazzjoni Ewkaristika.

IMG_4946

Wara inghatat l-barka u wasal il-mument tant specjali fejn stennejna bi hgarna lil shabna tan-nar; tal-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April, biex flimkien irringrazzjajna lil Alla u tlabnih jixhet il-barka tieghu fuqhom, sar il-bews tar-Relikwija, it-talba ta’ ringrazzjament lil Alla u fl-ahharnett it-tislima tant mill-qalb lil San Gorg.

IMG_5090

B’dan kollu inkunu temmejna il-festa lil Kbir Zghazugh tal-Martri. Kienet festa mill-akbar imzewwqa b’kollox! Ringrazzjament kbir immur lejn kull ghaqda jew orgainzzazzjoni li tahdem fi hdan il-festa ghaliex bil-ghajnuna taghhom kollha seta’ jkollna festa hekk mill-aqwa.

Matul din is-sena li gejja nitolbu lil San Gorg iharisna u jberikna sabiex inkunu verament xbieha tieghu fejn imhabbitna tintwera f’ghemilna u mhux fi kliemna.

“Harisna Gorgi taghna,

Int taf kemm inhobbuk,

Aghmel int li imhabbitna

Tkun fil-hidma u mhux fil-kliem”

Viva San Gorg!

Last Updated on Wednesday, 10 July 2013 08:44
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday659
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3000
mod_vvisit_counterThis month11765
mod_vvisit_counterAll2508838
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -