Home
Tislima xierqa lil mahbub George Bianchi PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 24 July 2013 00:20

Tislima xierqa lil

mahbub George Bianchi

IMG_1602_-_Copy

Tislima xierqa inghatat lil Kav. George Bianchi nhar il-Tlieta 23 ta’ Lulju, fejn giet ikkoncelbrata quddiesa fil-Knisja ArciMatrici minn Dun Lawrenz Zammit. Dun Lawrenz waqt l-omelija tieghu irnexxilu jispjega hajjet George; kif ifforma ruhu bhala zaghzugh, kif bena il-familja tieghu minn dak kollu li tghallem biex tella’ tlett ulied bl-ahjar edukazzjoni u tahom dak kollu hadem ghalih, u kif minkejja il-marda li hakmitu baqa’ dejjem qrib Alla. Anzi mhux talli hek, imma George kien jghid li il-marda li kellu kienet don minghand Alla biex ikun iktar qrib il-familja tieghu - Dan kien kliem Dun Lawrenz li miss il-qalb ta’ numru kbir ta’ nies prezenti li attendew sabiex isellmu ghall-ahhar darba lill-persuna gorgjana hekk mahbuba.

 

Fi tmiem il-quddiesa Dun Lawrenz ghadda il-messag mibghut mill-Isqof George Frendo, habib kbir ta' George Bianchi, li ma setghax ikun prezenti ghal dan il-funeral.

IMG_1567_-_Copy

Wara ic-celebrazzjoni tal-quddiesa sar corteo li beda minn quddiem il-Knisja u ghadda minn quddiem is-sede tal-Kumitat Festi Esterni u dik tal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri fi Triq il-Kbira.

IMG_1629_-_Copy

Hawnhekk it-tebut dar jaghti l-ahhar tislima lejn dawn iz-zewg ghaqdiet li tant hadem fihom George.

 

Il-bandiera taz-zewg ghaqdiet telghet sa fuq nett minn mezzasta b'turija ta' rispett.

 

Mill-gallarija tal-kazin tal-Ghaqda Muzikali San Gorg twaddbu ukoll fjuri fuq it-tebut b'tislima u b’ringrazzjament ta’ dak kollu li ghamel maghhom George kemm bhala ex-bandist tal-Ghaqda kif ukoll bhala membru onorarju tal-istess kazin.

 

Wara il-corteo baqa’ ghaddej minn Pjazza San Frangisk sal-inhawi tal-abbatija fejn minn hemm gie mehud sabiex jindifen fic-cimiterju tal-Qrendi.

IMG_1788_-_Copy

Il-corteo kollu gie akkumpanjat b'marci funebri mill-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri. Hadu sehem diversi bandisti ta' baned Maltin fejn George Bianchi kien attiv u maghruf maghhom. Dan deher bic-car mid-diversi standardi li kienu prezenti fil-funeral.

 

George Bianchi kien mahbub minn kulhadd u dejjem wera l-imhabba tieghu lejn kulhadd b’mod specjali lejn il-Patrun tal-Belt Pinto, San Gorg MegaloMartri.

 

Il-Kav. George Bianchi ihallina billi jghidlna dawn il-kelmiet li jinsabu miktub fuq is-santa tieghu stess.

 

"Qatt m'hedejt inrodd hajr 'l Alla,

L-oghla gieh naghtih kull hin,

Mieghi wettaq grazzja kbira,

Bl-ghan jarani mal-henjin.

 

F'mohhi kelli lil qaddisi

Bl-ohla kliem fahhartu shih,

Dejjem sibtu driegh u tarka

U llum qieghed ingawdih"

(George Bianchi 1945-2013)

 

Aghtih Mulej il-mistrieh ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem, Amen.

 

 

Last Updated on Monday, 29 July 2013 22:53
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday426
mod_vvisit_counterYesterday414
mod_vvisit_counterThis week840
mod_vvisit_counterThis month13260
mod_vvisit_counterAll2474178
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -