Home Attivitajiet SE TINZAMM ID-DISA’ EDIZZJONI TAL-QORMI WINE FESTIVAL
SE TINZAMM ID-DISA’ EDIZZJONI TAL-QORMI WINE FESTIVAL PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 09 August 2013 07:41

SE TINZAMM ID-DISA’

EDIZZJONI TAL-QORMI

WINE FESTIVAL

1492_558263157564609_1622296543_n

Il-festival annwali tal-inbid f’Hal Qormi se jerga’ jsir ghad-disa’ edizzjoni konsekuttiva, b’ghazla wiesa’ ta’ nbejjed homor, bojod u rosé maghmula minn varjetajiet ta’ gheneb, kollha prodotti tal-kumpanija lokali Marsovin. Hal Qormi ghandu tradizzjoni antika li tmur lura diversi sekli marbuta mal-inbid, ghaliex minbarra ghall-hobz, il-belt ta’ Pinto hi wkoll maghrufa ghat-taghsir tal-inbid. Permezz ta’ dan il-festival, ir-rahal qieghed johloq attrazzjoni unika ghat-turisti li jzuru xtutna u ghall-poplu Malti, filwaqt li jerga’ jqajjem tradizzjonijiet antiki marbuta mal-lokal.

 

DSCF0378

Anke l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qormi Wine Festival se ssir fil-qalba antika tar-rahal, li ghal din l-okkazzjoni se tkun qed ixxidd libsa festiva partikolari. Il-festival se jsir fl-ahhar tmiem il-gimgha t’Awwissu; il-Gimgha 30 t’Awwissu u s-Sibt 31 t’ Awwissu u jibda mit-tmienja ta’ filghaxija u jibqa’ sejjer sa nofsillejl.

 

Triq il-Kbira f’Hal Qormi se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti, f’atmosfera tipika ta’ festa lokali bil-Knisja Arcimatrici ta’ San Gorg fl-isfond.

DSCF0465

Il-festival qieghed jistabilixxu ruhu bhala attivita annwali u qieghed isir dejjem iktar popolari. Is-sena l-ohra attendew ‘il fuq 10,000 ruh ghal dan l-avveniment uniku. Kumment li jghaddu hafna mit-turisti li jzuru Hal Qormi ghall-festival tal-inbid hu dak ta’ apprezzament ghall-atmosfera mill-isbah li wiehed jista’ jgawdi filwaqt li jara mill-qrib aspett iehor tat-tradizzjonijiet Maltin.

DSCF0467

Dawk prezenti jistghu jakwistaw tazza tal-inbid bil-logo tal-Qormi Wine Festival ghall-prezz ta’ €12, liema tazza se tkun qed tizzanzan fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Biha jkunu jistghu jduqu l-inbejjed kollha offruti. It-tazza tista’ mbaghad tinzamm minn min ikun xtraha.

 

L-ikel kollu bhall-majjal bil-patata l-fron, spaghetti tal-fniek, l-platt bil-ftira Maltija, fniek, tigieg u laham taz-ziemel - jista jinxtara ghall-prezz ta’ €7. Se jkun hemm ukoll mejda bl-imqaret.

 

Id-dhul ghal dan il-festival tal-inbid hu b’xejn. L-inbid jibqa’ jinghata sal-11.30pm. M’hu se jinghata ebda nbid lil dawk ta’ taht is-sbatax-il sena, ghalkemm kulhadd huwa mheggeg biex jzur din l-attivita.

Wine_festival_11

Minbarra l-ikel u l-inbid, il-festival ghandu wkoll bhala protagonisti diversi artisti lokali. Ghall-edizzjoni ta’ din is-sena hemm diga’ konfermati il-band ta’ Mro. Mark Spiteri Lucas li flimkien ma’ kantanti stabbiliti, fil-lejla tal-Gimgha, ser ikunu qed joffru atmosfera allegruza fosthom Chiara, J. Anvil, Tiziana u Neville Refalo. Ftit qabel fuq l-istess stage ser ikun hemm il-kantanta Rebecca Bonnici unplugged u fuq il-palk l-iehor f’dik li nirreferu ghaliha bhalha ic-Chill Out Area, ser ikun hemm grupp il-grupp Maltin Biss li ser jkun qed idoqq repertorju ta’ diski Maltin. Il-Gimgha ukoll fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Gorg ser ikun hemm ilk-kompetizzjoni tal-inbid, fejn diversi produtturi Maltin li jipproducu inbejjed ta’ kwalita’ superjuri ser ikunu qed jikkompettu u l-gurija esperta ser tkun qed taghmel l-ghazla taghha hekk kif proprju idduq l-inbejjed.

Is-serata tas-Sibt ser tiftah bil-kantanta Rebecca Bonnici li ser thejji muzika varja u wara ser jaghlqu l-lejla l-grupp rinomat Fakawi, maghrufin ghall-interpretazzjonijiet u ghas-satira taghhom imzewwqa b’muzika anke Maltija. Fic-Chill out Area ser ikun hemm id-DJ Malti, DJ Ruby, li bla dubju ser jikkreja atmosfera indimentikabbli. Tal-Fuklar Folklor Group ser ikunu qed jallegraw u jinvolvu l-pubbliku f’atmosfera tradizzjonali fuq iz-zuntier tal-knisja fil-lejla tas-Sibt.

 

Waqt il-jumejn tal-festival tal-inbid se jsiru wkoll diversi wirjiet u kompetizzjonijiet fosthom kompetizzjoni tal-inbid li semmejna ftit qabel u ohra ta’ fjuri fil-Knisja ArciMatrici. Se jkun hemm numru ta’ attivitajiet ohra li se jibdew xi jiem qabel il-festival, bl-ewwel attivita’ tkun wirja marbuta mal-inbid li ssir fil-mahzen tal-armar biswit il-knisja mtella’ mill-Kumitat Festi Esterni bl-ghajnuna tas-Sezzjoni Zghazagh. Fi triq il-Kbira, ser jkun hemm ukoll wirja tal-fotografija mtella’ mill-fotografu Christopher Azzopardi u sqaq fl-istess triq ser ikun mzejjen b’pitturi mill-isbah mill-pittur Daniel Scerri. Il-muzew tal-Knisja ser jkun miftuh ghall-pubbliku matul iz-zewg serati u wiehed jista’ jidhol jaghti titwila u jara ir-rikkezzi li ghandna fil-parrocca Gorgjana.

293203_195769227157282_7098030_n

Fix-xelter tat-Tieni Gwerra Dinija ser jkun hemm re-anactment mill-Ghaqda Qawmien, fejn il-pubbliku li jzur dan ix-xelter ser jkun mhux biss qed jidhol f’atmosfera unika izda ser jkun qed jippartecipa u jiehu sehem mal-atturi daqs li kieku qieghed jghix f’dawk iz-zmienijiet.

Ta_Kurun_2

Ghat -tieni sena konsekuttiva l-kumpanija teatrali Anici ser terga taghti s-sehem taghha fil-Wine Festival. Konvinti li s-sena l-ohra l-avventuri ta’ Wenzu u shabu ghand Kurun nizlu ghasel, hsibna biex dawn il-karattri mahluqa minn Gorg Zammit jergghu jkunu maghkom. Id-direttur Philip Mizzi haseb biex jadatta wahda minn dawn l-istejjer li tant huma maghrufin mal-Maltin. Il-kumpanija Teatrali Anici tixtieq tirringrazzja lill-atturi kollha li jaghtu sehemhom mill- qalb , kif ukoll lil Kumitat tal-Festi Esterni San Gorg Martri talli ghat-tieni sena rega wera fiducja bil-partecipazzjoni tal-kumpanija. Ghalhekk titilfux dan l-appuntament mal-avventuri popolari li ser joholqu l-Kumpanija Teatrali Anici nhar it -30 u l-31 ta’ Awwissu gewwa l-mahzen tal-Armar.

 

Inhawi fil-qrib tal-qalba tar-rahal se jinzammu apposta ghall-parkegg, b’sinjali direzzjonali maghmula apposta biex dawk li jattendu jkunu jistghu jsibu fejn jipparkjaw il-vettura taghhom minghajr diffikultajiet. Fit-toroq principali se jittellghu wkoll sinjali tat-traffiku li juru d-direzzjoni tal-inhawi tal-festival ghal min ikun gej lejn Hal Qormi mill-inhawi ta’ Haz-Zebbug, Santa Venera, il-Hamrun u minn Birkirkara.

 

Il-festival tal-inbid ta’ Hal Qormi qed jigi organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, Qormi (AD 1919) bl-ghajnuna totali tas-Sezzjoni Zghazagh fi hdan l-istess kumitat u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi.

 

Ghal iktar informazzjoni, wiehed jista’ jikkuntattja lill-organizzaturi fuq 7906 2455 jew fuq l-indirizz elettroniku: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

 

 

Last Updated on Friday, 16 August 2013 22:57
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday167
mod_vvisit_counterYesterday777
mod_vvisit_counterThis week2373
mod_vvisit_counterThis month14793
mod_vvisit_counterAll2475711
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -