Home Attivitajiet Kompetizzjonijiet, Wirjiet u Esebizzjonijiet fil-Festival tal-Inbid
Kompetizzjonijiet, Wirjiet u Esebizzjonijiet fil-Festival tal-Inbid PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 16 August 2013 22:32

Kompetizzjonijiet, Wirjiet u

Esebizzjonijiet fil-

Festival tal-Inbid

IMG_6724

Il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri Hal Qormi, qieghed ghad-disa’ darba jniedi kompetizzjoni tal-inbid, nhar il-Gimgha 30 t’Awwissu waqt il-festival annwali tal-inbid. Din il-kompetizzjoni hija miftuha ghal dawk kollha li jipproducu nbid fi kwantita’ zghira fid-djar taghhom. Il-hsieb ta’ din il-kompetizzjoni huwa li d-dilettanti ser jkollhom l-okkazjoni li jiltaqghu flimkien, jitkellmu fuq dan id-delizzju u fuq l-esperjenza li jkunu kisbu, u f’atmosfera ta’ hbiberija, jghadduha lil xulxin. Barra minnhekk, dawk li jhobbu l-inbid jithajjru jibdew jaghmluh u jixorbu nbid genwin u ta’ kwalita’. Hija opportunita’ fejn il-produttur jdewwaq l-ispecjalita tieghu.

 

IMG_6837

Il-Kompetizzjoni tkun maqsuma f’hames kategoriji:

a. Abjad Dry

b. Ahmar Dry

c. Rose Dry

d. Abjad/Ahmar Helu

e. Tal-Frott (minbarra l-gheneb)

 

Gurija ffurmata minn diversi esperti f’dan id-delizzju tiggudika l-inbid ghac-carezza, kulur, fwieha u palat (toghma) u l-punti massimi jkunu dawk ta’ 100 punt. Id-decizjoni tal-gurija tkun finali u ma jigi accettat l-ebda protest jew appell dwar ir-rizultat.

Meta tigi biex tiggudika, l-gurija ma jkollha quddiemha xejn hlief referenza li tkun tikkorrispondi ma’ dik ta’ fuq il-lista issigillata bid-dettalji kollha tal-kompetituri. L-envelopp issigillat jinfetah pubblikament wara l-kompetizzjoni fejn jigu mhabbra r-rebbieha. Tista’ tintalab prova li l-inbid gie prodott mir-rebbieh/a jew minn membri tal-istess familja.

IMG_6768

L-ismijiet tal-membri tal-?urija jit?abbru waqt il-kompetizzjoni dakinhar stess.

IMG_6896

Ghal aktar informazzjoni dwar il-kompetizzjoni, specjalment kull min jixtieq jiehu sehem, jista’ jaghmel kuntatt mas-Sur Peter Farrugia fuq in-numri 21677331/79677331.

IMG_6836

Waqt li tkunu qed tosservaw din il-kompetizzjoni tal-inbid, se jkun hemm wirja fuq kif kien jinhadem l-inbid fl-antik b’mod tradizzjonali, fil-Mahzen tal-Armar biswit il-Knisja ta’ San Gorg, sabiex dak li jkun jidhol aktar fl-atmosfera u jitghallem. Din il-wirja ser tinfetah nhar il-Hadd 25 t’Awwissu izda kull min jattendi l-Wine Festival, kemm il-Gimgha kif ukoll is-Sibt ser tkun miftuha mis-7:30pm ‘il quddiem. Wirja li dejjem tigbed mijiet ta’ nies ghaliex minbarra li hija informattiva, fil-mahzen stess ser ikun hemm uhud mill-atturi tal-Kumpanija Teatrali Anici li ser jbiddlu il-mahzen, fil-bar ta’ Kurun, fejn Wenzu u shabu kienu jmorru jqattghu siegha flimkien u dejjem jaraw x’ser jivvintaw u xi praspura ser jwettqu.

291871_10150255870420989_691039_n

Fi Sqaq, fi Triq il-Kbira stess hadd ma jista jitlef wirja ta’ fototgrafija, mill-fotografu Christopher Azzopardi, li ghalkemm jiehu sehem ta’ kull sena, il-wirja ta’ din is-sena ser tkun wirja specjali, b’ritratti li rebhu diversi kompetizzjonijiet; esibizzjoni li mhux ta’ min jitef specjalment dawk kollha li ghandhom ghal qalbhom il-fotografija.

Aspett iehor mal-hafna li ser ikun hemm izewqu il-festival tal-inbid huwa dak tal-imwejjed tal-artiggjanat fejn imferxin ma’ Triq il-Kbira persuni esperti fl-oqsma taghhom ser ikunu qed jesponu ix-xoghol taghhom fosthom, pitturi fuq il-hgieg, rakkmu, filugranu, bizzilla, ganutel, gojjellerija maghmluha bl-idejn, sapun b’forom differenti, kartolini, tapestry u sahansitra anke persuna li xogholha hu l-hdim ta’ oggetti fosthom qfief mill-qasab.

 

Dawn huma biss ftit; kompetizzjoni tal-inbid, wirja tal-inbid, esebizzjoni tal-fotografija u imwejjed tal-artiggjanat - minn dak kollu li ser ikun hemm fil-Qormi Wine Festival, nhar il-Gimgha 30 u s-Sibt 31 t’Awwissu biswit il-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg. Nisperaw li narawkom!

 

 

Last Updated on Thursday, 22 August 2013 15:41
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday399
mod_vvisit_counterYesterday372
mod_vvisit_counterThis week2977
mod_vvisit_counterThis month15397
mod_vvisit_counterAll2476315
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -