Home Attivitajiet Ftuh tal-Wirja – Il-Bidu tal-Festival tal-Inbid
Ftuh tal-Wirja – Il-Bidu tal-Festival tal-Inbid PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Thursday, 22 August 2013 16:25

Ftuh tal-Wirja –

Il-Bidu tal-Festival tal-Inbid

IMG_6837

Hekk kif il-Hadd 25 t’Awwissu ser tigi inawgurata l-wirja tal-inbid, gewwa il-Mahzen tal-Armar fi Triq il-Blata Hal Qormi, qed tkompli tikber l-istennija ghal dak li se jitwassal nhar il-Gimgha 3o u s-Sibt 31 t’Awwissu – Il-Qormi Wine Festival. Din se tkun id-disa’ edizzjoni ta' dan il-festival u l-ftuh tal-wirja tal-inbid se tfisser ukoll il-ftuh ta’ dan il-festival.

 

582560_421781174546142_1727269058_n

Ghall-ftuh tal-wirja ser ikun hemm prezenti numru ta' stazzjonijiet tat-televizjoni, radjijiet u gurnali li ilkoll ser jirrappurtaw b'interess kbir din l-attivita'. Prezenti ser ikun hemm fost l-ohrajn membri tal-Kumitat Festi Esterni u s-Sezzjoni Zghazagh, l-Arcipriet Dun Anton Cassar, is-Sindku Rosianne Cutajar, membri parlamentari, kunsillieri u hafna volontieri li jghinu lill-Kumitat Festi Esterni mhux biss f'din l-attivita unika li ssir fil-Belt Pinto stess, izda matul is-sena kollha.

Wine_festival_2

Il-Ftuh tal-wirja tal-inbid ser tibda permezz tal-Bandu fejn dan jikkonsisti f’mixja zghira madwar it-toroq fejn proprju jsir il-Wine Festival, b’membri libsin ilbies tradizzjonali flim kien ma xi atturi mill-Kumpanija Teatrali Anici li jkunu mmexxijja min zewg daqqaqa tat-tambur. Matul din il-mixja filwaqt li jinqara l-bandu (jinghata avviz) li kull min joqghod f’dawn l-inhawi li jistqarr il-bidu ta’ din l-attivita’ hekk kbira.

902531_10151578945516272_2031919416_o

Wara ser tinfetah il-wirja ufficjali tal-inbid fil-Mahzen tal-Armar fejn fiha ser ikun hemm sketch imtella’ mill-Kumpanija Teatrali Anici ta’ storja helwa mill-karattri ta’ Wenzu u Rozi. B’mod partikolari kull min jattendi din il-wirja ser jiltaqa’ ma’ Wenzu u Rozi u jghix maghhom u ma’ shabhom wahda mill-praspar taghhom bl-isem ta’ l-Imhatra. Wenzu, ragel li kien ipoggi fil-hanut ta’ Kurun; il-hanut tal-inbid, dejjem jivvinta xi praspura. Din l-istorja qieghda tittella’ mill-Kumpanija Teatrali Anici taht id-direzzjoni u kitba ta’ Philip Mizzi. Dan lis-sketch ser jitella’ ukoll fil-jumejn tal-Wine Festival, il-Gimgha u s-Sibt kull 30 minuta fil-mahzen tal-armar. Ghalhekk dawk kollha li behsibhom jattendu ghal-festival tal-inbid inhegguhom jzuru din il-wirja mimlija affarijiet tradizzjonali izda imzewqa b’recta partikolari b’laqta umoristika ukoll.

 

 

Last Updated on Tuesday, 27 August 2013 07:40
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday662
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3003
mod_vvisit_counterThis month11768
mod_vvisit_counterAll2508841
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -