Home TiKKa Attwalita Il-Parrocca Taghna III
Il-Parrocca Taghna III PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Saturday, 24 January 2009 19:24

Vista Appostolika

Vista minn- Mons. P. Dusina (1575)

Fl-istorja ta’ pajjizna naraw bic-car l-incertezza li kien hawn f’Malta tul l-ewwel hamsa u tletin sena tal-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Bhalma diga’ rajna, l-Assedju l-Kbir tal-1565 gab mieg]u tharbit, izda s-snin ta’ wara din il-graja storika kienu perjodu ta’ ghaqda u rabta li wittew it-triq ghas-seklu sbatax. Ghaxar snin wara l-assedju sehhet vista appostolika tal-gzejjer Maltin minn Monsinjur Pietro Dusina

li zar il-parrocci, il-knejjes u l-kappelli kollha li kien hawn f’Malta u Ghawdex. Ir-rapport li hareg minn din iz-zjara hu document importanti hafna ghax jaghtina stampa tajba tal-qaghda Maltija fl-oqsma eklesjastici, socjali u ekonomici, ghaxar snin biss wara l-assedju. Minn dan id-dokument nisiltu kemm il-pajjiz in generali, u l-irhula/parrocci partikolari, kienu mxew ’il quddiem u kemm dawn l-ghaxar snin kienu qieghdu fis-shih lil Mlatin fit-triq tal-progress.(1)

 

Il-missjoni ta’ Mons. Dusina kienet li jara li jsehhu w jkunu osservati d-digrieti li hargu minn Trento. Mons. Dusina gie determinat li jdahhal ir-riformi u ghalhekk ma nizbaljawx jekk nghidu li l-migja tieghu f’Malta rat il-bidu tal-Kontro-riforma Kattolika f’pajjizna.(2)

Vista tal-Knisja Parrokkjali

Il-vista ta’ Mons. Dusina f’Hal Qormi bdiet nhar is-Sibt 5 ta’ Frar u tkompliet it-Tnejn 7 ta’ Frar 1575.(3) L-ewwel li zar, flimkien ma’ diversi personalitajiet ekklesjastici, fosthom id-Dumnikan Damjan Taliana li kien teologu maghruf, kienet il-knisja ta’ San Gorg li ma tantx jidher li sabha f’qadgha generali tajba meta wiehed iqis u jifli x’ordna li kellu jsir: tabernaklu gdid, pissidi, subpedale ghall-artal maggur, kuccarun tal-fidda flok wiehed ta’ l-injam ghall-maghmudijiet, u sagristija. Fil-fatt, sab li l-armar tal-knisja kien jinzamm fi djar privati. Iz-zewg artali li kien hemm mal-gnub ta’ l-artal maggur kienu minghajr dedika, neqsin minn kollox u kienu saru b’devozzjoni mill-poplu.(4)

 

Bhalma ghamel f’diversi parrocci ohrajn, Mons. Dusina waqqaf il-Fratellanza tas-SS. Sagrament fil-5 ta’ Frar bl-iskop li jitwassal is-SS. Sagrament lill-morda. L-imsebhin kellhom id-dritt li jindifnu bl-ilbies tal-fratellanza. Ta’ min jinnota li Mons. Dusina ma ghamel ebda referenza ghall-Fratellanza ta’ Santa Marija li semmejna, li kienet tezisti f’Hal Qormi fil-bidu tas-seklu sittax. Dan jaghtina x’nifhmu li din il-fratellanza ma baqghetx tezisti.

 

L-istat mhux daqstant tajjeb tal-knisja juri li l-poplu kien fqir izda nibdew nahsbuha xort’ohra meta naqraw l-ilmenti aktarx gravi min-nies dwar kif kien jaqdi dmirijietu l-Kappillan Briffa. Il-parrocca kienet minghajr vici-parrokku u ghalhekk, meta kien iwarrab il-kappillan minn Hal Qormi, ma kinux jigu amministrati s-sagramenti, il-parruccani kienu jibqghu minghajr maghmudijiet u l-grizma tal-morda, u lanqas ma kien isir id-dfin tal-mejtin.

 

Monsinjur Dusina zar mhux anqas minn 15-il kappella li kienu jezistu fir-rahal propju. X’uhud minnhom ghadhom jezistu, jew ahjar, hemm kappelli ohra fuq l-istess sit; izda ohrajn spiccaw ghal kollox tant li lanqas nafu l-post ezatt fejn kienu mibnija. Tmienja minnhom kienu ddedikati lill-Madonna: sitta lil Santa Marija u tnejn lil-Lunzjata, izda s-sebgha l-ohra kellhom dediki differenti. Mhux kollha kienu f’qaghda tajba, anzi hafna minnhom kienu mitluqin u neqsin minn hwejjeg essenzjali, sahansitra l-bibien. Dan hu fatt kurjuz izda tista’ tghid ghala: x’aktarx li kien rizultat ta’ l-istragi li gab mieghu l-Assedju l-Kbir, meta t-Torok hadu ghall-uzu taghhom l-injam kollu li sabu u l-kappelli baqghu s-snin bin-nuqqas, minhabba l-iskarsezza ta’ din il-kommodita’ f’Malta.

_________________________________ 0 ____________________________________

1. J. Cassar Pullicino, “Malta in 1575. Some Aspects of an Apostolic Visit”, Melita Historica, Vol. II No. I, Malta 1956, 19-41; A.P. Vella, “La Missione di Pietro Dusina a Malta nel 1574 con la trascrizione del Ms. Vat. 134111”, Melita Historica, Vol. V No. 2, Malta 1965, 165-184.
2. G. Aquilina/S.Fiorini (2001), xiii-xix.
3. Hawn diversi kopji f’Malta tar-rapport ta’ Mons. Dusina: fil-Kurja Arciveskovili, fil-Librerija Nazzjonali ta’ l-Arkeolo[ija u f’arkivji privati. Il-kopja li hemm fil-Vatikan giet ippublikata fl-2001, bhalma rajna f’noti precedenti ta’ din il-kitba, flimkien ma’ noti u kummenti importanti minn Patri Gorg Aquilina u l-Professur Stanley Fiorini fl-2001. Fid-dokument tal-Vatikan, il-vista li saret f’Hal Qormi nsibuha minn f. 69r sa f. 72v, minn f.78r sa f. 79v, u minn f.176v sa f. 177v li fil-publikazzjoni huma traskritti f’pa[ni 98-101, 108-9, u 182-3, fil-waqt li l-laqghat mal-kappillan qeghdin f’pagni 221 u 238-240. gew ippublikati diversi kitbiet dwar il-vista ta’ Mons. Dusina f’}al Qormi fosthom: dwar kappelli Marjani ara V. Borg (ed.), Marian Devotions in the Islands of St. Paul, Malta 1983, passim; dwar il-vista shiha ara J.F. Grima (2001), 63-70, u C. Psaila, Il-Knisja Arcimatrici ta’ Hal Qormi bil-Grajja Taghha, Malta 1937, 133-44; dwar il-kappelli ara J.F. Grima (1988). Ghall-ghan ta’ din il-kitba ser nimxu fuq it-traskrizzjoni ta’ G. Aquilina/S.Fiorini (2001).
4. G. Aquilina/S.Fiorini (2001), 98-9.

Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 200
Last Updated on Friday, 11 June 2010 11:47
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday790
mod_vvisit_counterYesterday931
mod_vvisit_counterThis week2931
mod_vvisit_counterThis month16449
mod_vvisit_counterAll2513522
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -