Home Attivitajiet Serata Straordinarja - L-Ewwel Serata tal-Wine Fest
Serata Straordinarja - L-Ewwel Serata tal-Wine Fest PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 31 August 2013 13:37

Serata Straordinarja

- L-Ewwel Serata tal-Wine Fest

IMG_6304

Ghada kif intemmet l-ewwel serata tal-Qormi Wine Festival 2013 li gibdet lejn Hal-Qormi, Belt li qabel kienet aktar maghrufa ghall-inbid, mijiet ta’ Maltin u sahansitra anke hafna turisti li ilkoll flimkien gawdew lejla unika ta’ muzika, ikel Malti, esperjenzi kulturali, arti, xorb u fuq kollox divertiment.

IMG_6426

Din il-lejla spettakolari giet fi tmiemha b’selezzjoni mill-aqwa ta’ kanzunetti offruti lil dawk kollha prezenti mill-band tal-Mro. Mark Spiteri Lucas flimkien ma’ uhud mill-aqwa kantanti rinomati Maltin fosthom Neville Refalo, J. Anvil, Chiara u Tiziana. Bla dubju li kulhadd zifen mal-kanzunetti li indaqqu b’dik it-tazza inbid f’idejh.

IMG_6447

Serata impressjonanti minn kull aspett!

Il-Festival tal-inbid hu organizzat mill-Kumitat Festi Esterni ta’ Hal-Qormi (AD 1919), u se jkompli illum s-Sibt, dejjem biswit il-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg. Il-Festival li jibda fit-8pm u jibqa’ sejjer sa tard bil-lejl joffri wirjiet u attrazzjonijiet li jinbidlu f’esperjenza hajja. Fost dawn l-attrazzjonijiet kien hemm partikolarment l-isketch fil-Mahzen tal-Armar imtella’ mill-atturi tal-Kumpanija Teatrali Anici bit-tema ta’ Wenzu u Rozi u l-Imhatra, kif ukoll l-esperjenza tal-walk through fix-xelter tat-Tieni Gwerra Dinja fejn l-atturi tal-Ghaqda Qawmien dahhlu lill-pubbliku f’esperjenza realistika ta’ dawk iz-zminjiet.

IMG_6194

Kompetizzjoni tant mistennija bhal ta' kull sena kienet dik tal-inbid, fejn inkiser ir-rekord nazzjonali tal-akbar kompetizzjoni tal-inbid f’Malta, hekk kif iddikjarat l-ghaqda The Malta Records. Ta' min wiehed jinnota li il-kwalita' tal-inbid din is-sena fil-kompetizzjoni kienet gholja hafna fejn is-snin l-ohra, skond kif qalu l-gurija stess.

IMG_6078

Ghaldaqstant, kull min jixtieq jerga jesperjenza dan kollu u jduq ftit minn dan li semmejt hawn fuq, nistiednuh jigi jgawdi s-serata tas-Sibt u nassigrawh li se jibqa jiftakar din l-attivita bhala wahda specjali u unika.

 

 

 

 

Last Updated on Sunday, 01 September 2013 18:09
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday393
mod_vvisit_counterYesterday372
mod_vvisit_counterThis week2971
mod_vvisit_counterThis month15391
mod_vvisit_counterAll2476309
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -