Home Attivitajiet Bil-qatra l-qatra timtela l-garra
Bil-qatra l-qatra timtela l-garra PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 01 September 2013 17:55

Bil-qatra l-qatra

timtela l-garra

IMG_6565_-_Copy

Bil-qatra l-qatra imtliet il-garra hekk kif proprju ta’ kull sena l-Qormi Wine Festival qieghed dejjem jikber u b’hekk rega gie ikkonfermat bhala l-akbar festival fil-Belt Pinto. Qatra li nizlet ghasel lil kull min attenda u daq l-inbid ipprovdut, kiel ikel tradizzjonali malti u iddeverta ghad-disa’ sena ta’ din l-attivita annwali li issa tnizzlet fil-kalendarju malti.

 

IMG_6765

Il-Qormi Wine Festival rega’ ikkonferma ruhu bhala l-akbar festival kulturali li jsir fil-Belt Pinto, mhux biss ghax ta’ kull sena jigbed eluf kbar ta’ nies lejn il-Belt Pinto izda ukoll ghax huwa esperjenza unika minhabba li joffri varjeta’ kbira ta’ avvenimenti zghar f’avveniment nazzjonali; avvenimenti bhall-wirjiet tradizzjonali konnessi mal-inbid fosthom l-isketch umoristiku fil-Mahzen, xena tipika tal-imghoddi bil-karattri ta’ Wenzu u Rozi, kif ukoll esperjenza unika fix-xelter tat-Tieni Gwerra Dinija.

IMG_6755

Din kienet proprju id-disa’ sena konsekuttiva li l-Kumitat Festi Esterni San Gorg flimkien mal-ghajnuna tas-Sezzjoni Zghazagh tal-istess kumitat organizzaw il-Qormi Wine Festival, festival li issa sar rinomat u huwa avveniment mistenni minn kulhadd.

IMG_6595

Minghajr ebda dubju, il-pubbliku li attenda ixxala, grazzi ghad-divertiment offrut mill-aqwa kantanti lokali u dan wara li jkun kiel xi platt tipiku Malti kif ukoll xorob xi tazza inbid mill-ifjen offruti mill-kumpanija Marsovin. Smajna kliem ta’ tifhir ghall-ikel bnin li gie ippreparat mill-volontiera kif ukoll ghall-professjonalita waqt li kien servut l-inbid.

IMG_6599

Ta’ min isemmi li din is-sena, bhas-snin ta’ qabel ukoll, il-Qormi Wine Festival kien attrazzjoni li gibed lejh hafna u hafna turisti minn pajjizi madwar id-dinja kollha.

IMG_6818_1

Wara il-kompetizzjoni tal-inbid fejn kienu offruti uhud mill-aqwa imbejjed maghsura lokalment li sehhet il-Gimgha, ma nistghux ma insemmux il-wirja tal-fotografija mill-fotografu Chris Azzopardi kif ukoll il-wirja ta’ arti mill-artist Daniel Xerri, fejn kienu bosta nies li fahhruhom ghall-bravura taghhom.

IMG_6644

Fil-jiem li gejjin se nipprezentaw aktar ritratti ta’ mumenti varji minn dan l-attivita’ fosthom; attrazzjonijiet li kien hemm u li ghinu biex din l-attivita’ titqies bhala success nazzjonali.

Komplu zuru b’mod regolari dan is-sit biex dejjem tkun aggornati kemm b’taghrif kif ukoll b’ritratti mill-aqwa. (www.festiesterniqormi.org)

 

 

Last Updated on Tuesday, 10 September 2013 09:06
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday112
mod_vvisit_counterYesterday601
mod_vvisit_counterThis week3965
mod_vvisit_counterThis month13973
mod_vvisit_counterAll2550565
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -