Home Attivitajiet Hakeldama - Wirja Gimgha Kbira 2014
Hakeldama - Wirja Gimgha Kbira 2014 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 05 March 2014 08:58

Hakeldama -

Wirja Gimgha Kbira 2014

GimghaKbiraWirjaLandscape72dpi

Bhal ma jsir kull sena fi zmien il-Gimgha Mqaddsa, is-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, qed itellghu esebizzjoni ta’ vari u arti sagra. Matul iz-zmien is-Sezzjoni Zghazagh dejjem tellghet wirjiet ta’ livell gholi, minn dawk ta’ vari privati tan-nies, ohrajn life-size u anka izjed moderni, qed nirreferi ghall-wirjiet awdjo-vizivi li konna innovativi meta hrigna b’dan il-hsieb. Il-Wirja iggib l-isem ‘Hakeldama’ li hija l-ghalqa tad-demm, l-istess ghalqa li inxtrat mil-qassisin il-kbar bil-flus ta’ Guda l-iskarjota.

Fil-wirja ta’ din is-sena se jkun hemm sett vari sbieh mahdumin mill-artist bravu Ghawdxi, Joseph Cutajar Zahra, kif ukoll diversi pitturi impittra mill-artist rinomat fil-festi Maltin u Ghawdxin, Kurt Friggieri. Din is-sena iz-zghazagh hasbu ukoll biex jarmaw statwa antika ta’ pregju kbir li tirraprezenta l-Ecce Homo. Din il-vara matul is-sena tkun go nicca fil-kapella ta’ Santa Katerina, f’Hal Qormi stess. L-artist ta’ din il-vara m’hux maghruf. Sezzjoni ohra fil-wirja se tkun dwar ritratti antiki mill-Gimgha l-Kbira tal-Parocca taghna stess. Vari li m’ghadomx jezistu, tradizzjonijiet, personaggi, reffiegha u l-purcissjoni huma uhud mir-ritratti li wiehed jista jara f’din il-wirja. Il-Ftuh tal-wirja se jsir nhar il-Hamis 10 t’April fis-7:30pm u tibqa miftuha sat-18 t’April fil-Gimgha l-Kbira.

Fit-triq ta’ fejn qed issir il-wirja, is-sena l-ohra gew imzanzna erbgha bandalori zghar fuq disinn ta’ Silvio Pace, bil-hjata ta’ Victor Cilia, pittura ta’ Kurt Friggieri u sfumar ta’ George Spiteri, bl-induratura fil-pumi saret minn George Portelli u l-hadid tal-bandalori huwa xoghol Karmenu Xerri.

Attrazzjoni ohra li mhux ta’ min jitlifa huwa ix-Xelter tal-Kumitat Festi Esterni li jinsab ftit passi boghod mill-mahzen. Ilu ghal-dawn l-ahhar sentejn jintrama bis-simboli mill-membri taz-zghazagh. Iktar il-quddiem inhabbru izjed dettalji ta’ dak li se jkun qed jigri dis-sena fix-Xelter tal-ghaqda taghna.

Last Updated on Friday, 11 April 2014 07:32
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday662
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week3003
mod_vvisit_counterThis month11768
mod_vvisit_counterAll2508841
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -