Home Attivitajiet Bidu ghall-Festi tal-Gimgha Mqaddsa - Ftuh tal-Wirja ' HAKELDAMA'
Bidu ghall-Festi tal-Gimgha Mqaddsa - Ftuh tal-Wirja ' HAKELDAMA' PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 11 April 2014 07:13

Bidu ghall-Festi

tal-Gimgha Mqaddsa

- Ftuh tal-Wirja 'HAKELDAMA'

OMR_7771e

Is-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat Festi Esterni flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi ghal darb’ ohra inawgurat il-wirja bl-isem ‘HAKELDAMA’ nhar il-Hamis 10 ta’ April, fic-Centru tal-Armar biswit il-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg. Ta’ min wiehed izur din il-wirja ghaliex hija wahda originali u interessanti hafna. Fiha tinkludi kollezjoni Privata ta’ Statwi xoghol Joseph Cutajar Zahra u Pitturi tal-Artist Kurt Friggieri kif ukoll feature bir-ritratti tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fl-imghoddi gewwa il-Parrocca ta’ San Gorg Hal Qormi.

PITTURAKURT

Ghall-ftuh ta’ din il-wirja kienet prezenti il-ET. President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Ghal dan l-avveniment kien hemm ukoll prezenti Membri Parlamentari, il-President tar-Regjun ta’ Nofsinhar is-Sur Jesmond Aquilina, is-Sindku ta’ Hal Qormi Rosianne Cutajar, Kunsilliera, kif ukoll l-Arcipriet Dun Anton Cassar li bierek din l-istess wirja.

OMR_7768e

Fil-Bidu tal-inawgurazzjoni tal-Wirja sar diskors tal-Okkazjoni mis-Sur Noel Gauci (Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni) kif ukoll mis-Sur George Spiteri (Segretarju tas-Sezzjoni Zghazagh). L-ET. President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca ukoll qalet kelmtejn tal-Okkazjoni filwaqt li irringrazzjat lill-Ghaqda tax-Xoghol li taghmel volontarjament ghall-Parrocca. Wara il-President giet moghtija Token ta’ ringrazzjament mill-Kumitat Festi Esterni kif ukoll Pittura mill-Artist Kurt Friggieri. Wara sar il-ftuh fejn il-President ta’ Malta giet imdawwra madwar il-Wirja akkumpanjata mill-Artist Kurt Friggieri li beda jispjega ix-xoghol privat tieghu, kif ukoll il-Kollezjoni kbira tieghu ta’ Statwi fejn kellha kummenti sbieh u pozittivi.

TOKEN

Tefgha ta’ gebla il-boghod minn din’ il-wirja ser ikun hemm ix-Xelter taz-zmien it-tieni Gwerra Dinjija miftuh ghall-pubbliku u armat ghall-festi tal-Gimgha Imqaddsa fejn ser isir ‘Walk through’ bis-sehem ta’ Atturi Live grazzi ghall-4 Teenth Productions b’Kollaborazzjoni mal-Kumitat Festi Esterni li iggib l-isem ta Rex Iudaeorum; me?udha mill-Kliem li Ponzju Pilatu kiteb sabiex titwa??al il-kundanna ta’ Kristu fuq is-salib. Din il-‘walk through’ giet inawgurata wara il-ftuh tal-Wirja gewwa ic-Centru tal-Armar u imbiereka mill- Arcipriet Dun Anton Cassar.

XELTER

Il-Wirja ‘HAKELDAMA’ se tkun miftuha kuljum mis-sitta (6pm) ta’ filghaxija il-quddiem, is-Sibt u l-Hadd mid-disa (9am) ta’ filghodu sas-siegha(1pm) kif ukoll mill-Hamsa (5pm) sal-Ghaxra (10pm) ta’ filghaxija, Hamis ix-Xirka mis-sitta (6pm) sal-hdax u nofs (11.30pm) ta’ filghaxija u nhar il-Gimgha l-Kbira mid-disa (9am) ta’ filoghdu sas-siegha (1pm), u mill-hamsa (5pm) sad-disa u nofs (9.30pm).

 

Ghal aktar ritratti ithlu hawn:

 

https://www.facebook.com/media/set/?set=a.699073900150200.1073741847.217262078331387&type=1

 

 

 

 

 

 

Last Updated on Saturday, 12 April 2014 08:00
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday116
mod_vvisit_counterYesterday757
mod_vvisit_counterThis week3392
mod_vvisit_counterThis month11021
mod_vvisit_counterAll2527104
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -