Home TiKKa Attwalita Mill-Passat - Festa 1991
Mill-Passat - Festa 1991 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Thursday, 23 July 2009 20:10

Rigal lil San Gorg

F’EGHLUQ IL-250 SENA

 

programm 1991

 

Kienet ilha f’mohh il-Kumitat tal-Festa, is-sena 1991.  Sena, meta l-istatwa hekk ghaziza ghalina l-Qormin taghlaq 250 sena.  Il-Kumitat wera x-xewqa li barra li ssir festa sabiha, isir xi haga li tibqa’ tfakkar din il-grajja, u tkun rigal lill-istatwa artistika ta’ San Gorg.  Fis-seduta ta’ 28 ta’ Lulju 1988, il-Kumitat qabel unanimament li ghandu jsir is-Sandli tad-Deheb lil San Gorg Martri.  Tul dan iz-zmien sar bosta xoghol minn wara l-kwinti.  Gew avvicinati diversi nies t’arti biex jaghtu l-parir taghhom.  Il-Kumitat talab lill-Arcipriet iressaq it-talba lill-Presbiterju,dan min-naha tieghu qabel li jsir.  Ghalhekk,l-Arcipriet ghamel ir-rikors mehtieg lill-Kurja.  Id-digriet mill-Kurja iffirmat mill-Vigarju Generali nhareg nhar it-30 ta’Jannar 1991.
Inhatret delegazzjoni mill-Kumitat u morna ghand diversi argentiera biex jahdmu s-sandli.  F’seduta tal-Kumitat, kien decis li x-xoghol ghandu jsir mis-Sur Louis Carabott tal-Marsa.  Ix-xoghol kellu jsir “22 carat gold”.  Wara li saret il-forma ta’ riglejn l-istatwa mill-iskultur, Alfred Camilleri Cauchi, ix-xoghol inbeda skond il-kundizjonijiet moghotija fid-digriet.  Dan ir-rigal li qed jingabar mill-poplu Gorgjan sar bl-inizjattiva tal-Kumitat tal-Festa, li ma’ tul is-snin wera li jhobb lil San Gorg daqs hbub ghajnejh.  Hu rigal hiereg mill-qalb Qormija li tixhed l-imhabba li ghadha tbaqbaq fil-qalb tal-poplu Qormi, anki fis-seklu ghoxrin.

Kumitat Festi Esterni.

N.B. Dan l-artiklu ittiehed mil-programm tal-festa tas-sena 1991.
Last Updated on Thursday, 27 August 2009 12:53
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday898
mod_vvisit_counterYesterday856
mod_vvisit_counterThis week4095
mod_vvisit_counterThis month12860
mod_vvisit_counterAll2509933
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -