Home Mill-Mahzen
Mill-Mahzen
Spring Fest PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Monday, 12 April 2010 07:47

Festa li tibqa imfakkra

 

F'atmosfera ta' festa, giet fi tmiemha t-tieni edizzjoni tal-Malta Springfest f'Hal Qormi - attivita` li kienet mifruxa fuq jumejn u li bhall-Qormi Wine Festival issa stabilixxiet ruhha fil-kalendarju nazzjonali tal-attivitajiet kulturali. Kienet festa li fissret hafna, l-aktar minhabba l-fatt li saret fl-gheqqel ta' xahar impenjattiv ghall-Kumitat Festi Esterni u f'nofs diversi attivitajiet li saru f'irhula ohra - ghalhekk is-success huwa akbar!

 

Kienu mijjiet dawk li bejn is-Sibt u l-Hadd zaru l-Belt Pinto. Hafna kienu dawk li kkummentaw dwar l-organizzazjoni impekkabbli ta' din l-attivita`. Ohrajn fahhru l-ikel bnin li preparajna. Uhud apprezzaw id-diversi wirjiet kulturali li kellna waqt il-Festa tar-Rebbiegha waqt li kien hemm min ukoll gawda din il-festa b'xarba friska f'idu waqt li segwa l-ispettaklu ta' kant u muzika li gie prezentat.

 

Is-serata intemmet b'kuncert mid-duo Greenfields u mill-kantant popolari Enzo Gusman, fost l-entuzjazmu u l-kant ta' dawk kollha prezenti fi Triq il-Kbira hdejn il-Knisja ta' San Gorg.

 

It-tieni edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha organizzata mill-Kumitat Festi Esterni kienet attivita` li taghti kuragg u tawgura tajjeb hafna biex tibqa issir fis-snin li gejjin.

 

 

 
Mill-gdid f'postu PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 20 March 2010 10:45

Mill-gdid f'postu

DSCF7999

L-arblu ta' 60 pied li jiddomina fuq is-sede tal-Kumitat Festi Esterni fi Triq il-Kbira f'Hal Qormi, rega' sab il-post li jixraqlu wara gimghat shah ta' restawr fuqu li sar mill-membri tal-Kumitat Joe Bezzina, Michael Cilia u Victor Cilia. Hadmu ukoll Mario Zammit (Ta' Xiffa) u Stephen Cauchi. Dan l-arblu itella' mill-gdid nhar id-19 ta' Marzu - biex b'hekk ha lura l-post prominenti tieghu biswit il-Knisja Arcipretali. 

 

Read more...
 
Nhar l-Erbgha tibda l-iskeda l-gdida... PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 12 February 2010 00:23

Kollox lest

ghall-iskeda l-gdida

MAIN_PICTURE

Nhar l-Erbgha 17 ta' Frar tibda l-iskeda l-gdida fuq ir-Radju Lehen il-Belt Gorgjana li jxandar fuq il-frekwenza 105.6 fm. Dan ir-radju tal-komunita`, li issa sab postu bhala l-istazzjon tal-Qriema kollha, se jxandar ghat-tielet sena konsekuttiva mill-istudios moderni li armajna fi triq il-Kbira. 

 

Last Updated on Wednesday, 17 February 2010 10:24
Read more...
 
Tkompli il-Hidma PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Friday, 12 March 2010 08:00

Hidma ma

taqta xejn

poster_spring_web


F'dawn il-jiem il-Kumitat Festi Esterni u s-Sezzjoni Zghazagh bdew hidma kbira li se tkun qed tissarraf f'gimghat twal ta' attivitajiet u inizjattivi. L-aktar minhabba l-fatt li x-xahar id-diehel se ssir attivita` ohra fuq skala nazzjonali - il-Festa tar-Rebbiegha 2010 (The Malta Springfest). Din it-tieni edizzjoni se ssir fuq jumejn, bejn is-Sibt 10 u l-Hadd 11 ta' April. Filwaqt li se tinkludi ukoll zewg wirjiet artistici li jifthu ftit tal-granet qabel.
Last Updated on Sunday, 21 March 2010 22:04
Read more...
 
Lehen il-Belt Gorgjana - 2010 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Tuesday, 19 January 2010 09:25

Skeda Gdida...

 

New Radio Logo


L-iskeda l-gdida tar-Radju Lehen il-Belt Gorgjana se tibda ufficjalment fis-17 ta' Frar, bix-xandiriet jibdew fil-bidu tal-istess xahar. Ghal din l-iskeda kollox tlesta sal-inqas dettal u b'mod professjonali. Dan filwaqt li bhalissa ghaddejin l-ahhar thejjijiet fl-istudios fi Triq il-Kbira, bl-introduzzjoni ta' apparat gdid u modern.

Last Updated on Monday, 25 January 2010 08:31
Read more...
 
« StartPrev123456789NextEnd »

Page 8 of 9

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday381
mod_vvisit_counterYesterday993
mod_vvisit_counterThis week5385
mod_vvisit_counterThis month15858
mod_vvisit_counterAll2494476
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -